2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-18 ta’ Novembru 2014 – SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft vs If Vahinkovakuutusyhtiö Oy

(Kawża C-521/14)

(2015/C 034/13)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft

Konvenuta: If Vahinkovakuutusyhtiö Oy

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jestendi għal azzjoni, bħalma hija dik hawn fuq deskritta, ibbażata fuq garanzija jew pretensjoni ekwivalenti oħra marbuta mill-qrib mal-azzjoni oriġinali, imressqa minn terz, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kontra wieħed mill-partijiet bil-għan li din tinstema’ fl-ambitu tal-istess proċedura?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.