9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Stat Rumen vs Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

(Kawża C-496/14)

(2015/C 046/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stat Rumen

Konvenuti: Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 20, 21(1), 24(1), 34(1) u (2) u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 111/2010 li jipprevedi differenzi fit-trattament bejn it-tieni, it-tielet, u trabi oħrajn sussegwenti mwielda minn tqala multipla, l-ewwel tarbija mwielda minn tqala multipla, kif ukoll it-trabi mwielda minn tqala sempliċi?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).