26.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2014 – SC Total Waste Recycling SRL vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
(Kawża C-487/14)
(2015/C 026/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Total Waste Recycling SRL
Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
Domandi preliminari
1) |
Il-vjeġġi ta’ skart li jitwettqu “b’mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta’ notifika”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 (1), għandu jinftiehem fis-sens li huwa mezz ta’ trasport (bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru bil-baħar jew kanali interni) kif imsemmi fil-Anness IA jew IB tal-imsemmi regolament? |
2) |
Jekk isir bdil essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, in-nuqqas ta’ notifika b’dan il-bdil lill-awtoritajiet kompetenti għandu l-konsegwenza li l-vjeġġ ta’ skart jista’ jiġi kkunsidrat li jkun sar “b’mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta’ notifika”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(b) tar-Regolament, u, għaldaqstant, bħala illeċitu? |
3) |
Ikun hemm bdil essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, meta tgħabbija ta’ skart tidħol fil-pajjiż ta’ transitu indikat minn punt ta’ passaġġ konfinali differenti minn dak li jkun imsemmi fil-kunsens u fuq id-dokument ta’ notifika? |
4) |
Jekk jiġi kkunsidrat li jkun hemm vjeġġ illegali ta’ skart meta tgħabija ta’ skart tidħol fil-pajjiż ta’ transitu indikat minn punt ta’ passaġġ konfinali differenti minn dak li jkun imsemmi fil-kunsens u fuq id-dokument ta’ notifika, multa imposta għal din ir-raġuni, li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa li tiġi imposta fuq il-persuni li ma josservawx l-obbligu li jiksbu kunsens u li jinnotifikaw minn qabel, hija proporzjonata? |
(1) Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1).