2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2014 – Jørn Hansson vs Jungpflanzen Grünewald GmbH
(Kawża C-481/14)
(2015/C 034/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jørn Hansson
Konvenuta: Jungpflanzen Grünewald GmbH
Domandi preliminari
1. |
Il-“kumpens raġonevoli” li l-awtur tal-vjolazzjoni għandu jħallas lid-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti skont l-Artikolu 94(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94 (1) meta jwettaq l-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, mingħajr awtorizzazzjoni, stabbilit fir-rigward tar-royalties normalment mitluba għal liċenzja ordinarja fl-istess settur tas-suq għall-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) tal-istess regolament, għandu jitħallas flimkien ma’ “ħlas supplimentari għall-vjolazzjoni” fil-forma ta’ somma f’daqqa? Dan jirriżulta mit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva Nru 2004/48 (2)? |
2. |
Il-“kumpens raġonevoli” li l-awtur tal-vjolazzjoni għandu jħallas lid-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti skont l-Artikolu 94(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94 meta jwettaq l-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, mingħajr awtorizzazzjoni, stabbilit fir-rigward tar-royalties normalment mitluba għal liċenzja ordinarja fl-istess settur tas-suq għall-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) tal-istess regolament, għandu jiġi ffissat, f’każ partikolari, billi jittieħed kont tal-kunsiderazzjonijiet jew taċ-ċirkustanzi li ġejjin sabiex jiżdied il-kumpens:
|
3. |
Il-“kumpens raġonevoli” li l-awtur tal-vjolazzjoni għandu jħallas lid-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti skont l-Artikolu 94(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94 meta jwettaq l-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, mingħajr awtorizzazzjoni, għandu jiġi ffissat billi jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni l-interessi applikati għall-kumpens annwali dovut bir-rata normali tal-interessi moratorji jekk wieħed jikkunsidra li l-partijiet kontraenti jkunu raġonevolment mistennija li jipprovdu għall-ħlas tal-interessi ta’dak it-tip? |
4. |
Id-dannu li awtur tal-vjolazzjoni “għandu b’żieda jkun suġġett li jikkumpensa” lid-detentur ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94 meta jwettaq l-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, mingħajr awtorizzazzjoni, għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tar-royalties normalment mitluba għal liċenzja ordinarja fl-istess settur tas-suq għall-atti msemmija fl-Artikolu 13(2) tal-istess regolament? |
5. |
Fil-każ li d-domanda 4 tingħata risposta fl-affermattiv:
|
6. |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qligħ magħmul mill-awtur tal-vjolazzjoni jikkostitwixxu dannu, li l-awtur tal-vjolazzjoni “għandu b’żieda jkun suġġett li jikkumpensa” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, liema kumpens jista’ jintalab minbarra l-kumpens raġonevoli msemmi fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 jew il-qligħ dovut mill-awtur tal-vjolazzjoni f’mala fide skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(2) ta’ dan ir-regolament huwa dovut biss b’mod alternattiv għall-kumpens raġonevoli msemmi fl-Artikolu 94(1) tal-imsemmi regolament? |
7. |
Ir-regoli nazzjonali li ma jippermettux lid-detentur tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti li jitlob, taħt id-dritt sostantiv, għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kawża għal miżuri provviżorji li tiddeċiedi dwar il-vjolazzjoni tad-dritt tiegħu b’mod definittiv anki fil-każ fejn sussegwentement jirbaħ il-kawża fuq il-mertu fir-rigward tal-istess vjolazzjoni, huma kuntrarji għad-dritt għal kumpens mogħti mill-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94? |
8. |
Ir-regoli nazzjonali li ma jippermettux lill-vittma li jitlob, barra mil-limiti stretti tal-proċedura għall-intaxxar tal-ispejjeż, għal kumpens tal-ħin iddedikat għall-proċedura u barra mill-qafas proċedurali ta’ talba għal kumpens, huma kuntrarji għad-dritt għal kumpens mogħti mill-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94 sa fejn il-ħin iddedikat ma jaqbiżx il-limiti tas-soltu? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).
(2) Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).