|
12.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Ottubru 2014 – Società Sogno di Tolosa Limited et vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato
(Kawża C-480/14)
(2015/C 007/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società Sogno di Tolosa Limited, Ds di Dimarco Enzo & C. Sas, Centro Servizi di Barillà Marco, Assok di Rambaldi Stefano e Casbarra Luca Snc, Dg Comunicazioni di Di Giorno Giancarlo, Tamara Maraboli, Andrea Cappiello, Depa di Delberba C. Sas, Luca Campioni, Danio Milazzo, Andrea Menna, Emilio Schiavone, Sandro Casalboni, Lorena Bertora, Andromeda di Novellis Alessandro e Stellini Roberto Snc
Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato
Partijiet oħra fil-proċedura: Carmelo Sisino et
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE u l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li liċenzji ta’ perijodu ta’ validità iqsar minn dawk mogħtija preċedentement ikunu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tiġi organizzata bil-għan li tirrimedja l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti? |
|
2) |
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE u l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-istess sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ allinjament tad-dati ta’ skadenza tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni kawżali xierqa għal perijodu ta’ validità mnaqqas tal-liċenzji li huma s-suġġett ta’ sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu ta’ validità tal-liċenzji mogħtija fil-passat? |