|
12.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (England and Wales) (ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Pillbox 38 (UK) Limited, li qed taġixxi taħt l-isem kummerċjali “Totally Wicked” vs Secretary of State for Health
(Kawża C-477/14)
(2015/C 007/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pillbox 38 (UK) Limited, li qed taġixxi taħt l-isem kummerċjali “Totally Wicked”
Konvenut: Secretary of State for Health
Domanda preliminari
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 (1) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (2) huwa invalidu, kollu kemm hu jew fir-rigward ta’ waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu, għal waħda jew ikar mid-diversi raġunjiet li ġejjin:
|
— |
huwa jimponi, kollu kemm hu jew f’waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu, serje ta’ obbligi fuq il-manifatturi u/jew bejjiegħa bl-imnut ta’ sigaretti elettroniċi li jmorru kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ċertezza legali? |
|
— |
għal raġunijiet ekwivalenti jew simili, ma josservax il-prinċipju ta’ ugwaljanza u/jew joħloq distorsjoni illegali tal-kompetizzjoni? |
|
— |
ma josservax il-prinċipju ta’ sussidjarjetà? |
|
— |
imur kontra d-drittijiet tal-manifatturi jew tal-bejjiegħa bl-imnut ta’ sigaretti elettroniċi skont l-Artikoli 16 u/jew 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147.