22.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Settembru 2014 – Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer

(Kawża C-453/14)

(2014/C 462/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer

Konvenut: Landeshauptmann von Vorarlberg

Parti oħra fil-proċedura: Rudolf Mathis

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandu, fid-dawl tal-Artikolu 45 TFUE, jiġi interpretat fis-sens li pensjonijiet tax-xjuħija taħt sistema ta’ pensjoni professjonali (li, bħas-sistema inkwistjoni ta’ pensjoni taż-“żewġ pilastri” f’Liechtenstein, ġiet stabbilita u hija ggarantita mill-Istat, u li għandha bħala għan li tippermetti l-assigurat jissokta bil-livell ta’ għajxien abitwali tiegħu b’mod xieraq, li topera skont il-prinċipju ta’ kapitalizzazzjoni, li hija essenzjalment obbligatorja iżda li tista’ wkoll tipprevedi kontribuzzjonijiet li jeċċedu l-minimu legali kif ukoll benefiċċji ogħla, li l-implementazzjoni tagħha hija r-responsabbiltà ta’ istituzzjoni tas-sigurtà soċjali stabbilita jew użata mill-persuna li timpjega) u pensjonijiet tax-xjuħija taħt pensjoni legali (li, bħas-sistema Awstrijaka inkwistjoni, hija wkoll stabbilita u ggarantita mill-Istat, u li għandha bħala għan li tippermetti l-assigurat jissokta bil-livell ta’ għajxien abitwali tiegħu b’mod xieraq, iżda li topera skont il-prinċipju ta’ kontribuzzjonijiet diretti, li hija obbligatorja u li l-implementazzjoni tagħha hija r-responsabbiltà ta’ organu tal-pensjonijiet tax-xjuħija stabbilit mil-liġi) huma benefiċċji “ekwivalenti” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.