8.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Amira Osso vs Region Hannover
(Kawża C-444/14)
(2014/C 439/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fl-appell għal reviżjoni: Amira Osso
Konvenut fl-appell għal reviżjoni: Region Hannover
Intervenjent: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domandi preliminari
1) |
Għandu jitqies li l-obbligu li jistabbilixxi r-residenza tiegħu f’territorju limitat fiż-żona (komun, distrett, reġjun) tal-Istat Membru jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment fis-sens tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95/UE (1), jekk, minbarra dan, il-barrani jkollu l-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru? |
2) |
L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza fuq persuni li għandhom l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja hija kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk tkun ġustifikata bl-intenzjoni li jsir tqassim adattat tal-ispejjeż tal-għajnuna soċjali pubblika bejn id-diversi istituzzjonijiet kompetenti fil-qasam fit-territorju nazzjonali? |
3) |
L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza fuq persuni li għandhom l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja hija kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk tkun ġustifikata b’motivi li jaqgħu taħt il-politika dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, intiżi pereżempju biex jipprekludi l-iżvilupp ta’ punti fokali ta’ tensjonijiet soċjali minħabba l-installazzjoni konċentrata ta’ ċittadini barranin f’ċerti komuni jew distretti? F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jekk ikun hemm motivi astratti, li jaqgħu taħt il-politika dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, jew dawn il-motivi għandhom jiġu kkonstatati b’mod konkret? |
(1) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, p. 9).