15.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 448/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Settembru 2014 – SC Star Storage SA vs Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (INCDI)
(Kawża C-439/14)
(2014/C 448/09)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Star Storage SA
Konvenut: Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (INCDI)
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ xogħlijiet] (1), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-aċċess għall-proċeduri ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għall-obbligu ta’ depożitu bil-quddiem ta’ “garanzija ta’ kondotta tajba”, bħal dik irregolata mill-Artikolu 271a u mill-Artikolu 271b tad-[Digriet Legali urġenti tal-Gvern] Nru 34/2006?
(1) Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).
(2) Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).