24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – AS Air Baltic Corporation vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

(Kawża C-429/14)

2014/C 421/31

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Air Baltic Corporation

Konvenut: Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 19, 22 u 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli fil-konfront ta’ terzi, u b’mod partikolari l-persuna li timpjega passiġġier (persuna ġuridika, li magħha huwa kkonkluda kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ passiġġieri), għad-dannu li jirriżulta minn dewmien f’titjira, li minħabba fih ir-rikorrent (il-persuna li timpjega) ġarrab spejjeż addizzjonali (pereżempju, kellu jħallas allowances ta’ kuljum għall-missjonijiet)?

2)

Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandu jinftiehem u jiġi interpretat fis-sens li dawn it-terzi jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra t-trasportatur bl-ajru billi jinvokaw bażijiet legali oħra, pereżempju billi jinvokaw id-dritt nazzjonali?