1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (L-Italja) fit-18 ta’ Setrembru 2014 – Heart Life Croce Amica Srl vs Regione Piemonte
(Kawża C-426/14)
(2014/C 431/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heart Life Croce Amica Srl.
Konvenut: Regione Piemonte.
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – f’dan il-każ, fir-rigward ta’ kuntratti esklużi, il-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni libera, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità – jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett tas-servizz ta’ trasport mediku lil assoċjazzjonijiet volontarji li l-organizzazzjoni tagħhom hija bbażata prinċipalment fuq provvisti ta’ xogħol mhux remunerati, meta jkun previst sempliċi rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti? |
2) |
Fil-każ li jitqies li dan it-tip ta’ għoti huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-ispejjeż “indiretti u ġenerali” marbuta mal-attività eżerċitata b’mod stabbli mill-assoċjazzjoni volontarja – bħall-operazzjonijiet ta’ manteniment eċċezzjonali tal-mezzi użati għas-servizz, l-ikliet tal-operaturi, ir-remunerazzjonijiet tal-persunal amministrattiv u tal-koordinatur amministrattiv fir-rigward tas-servizzi pprovduti, il-komunikazzjoni bit-telefon u bir-radju neċessarja bejn iċ-ċentru tal-operat tas-servizzi ta’ trasport mediku u l-istazzjonijiet tal-assoċjazzjoni – jistgħu wkoll jiġu koperti b’“sempliċi rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti”? |