|
23.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/2 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 minn Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-1 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-239/12, Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-420/14 P)
(2015/C 096/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DeguDent GmbH
B’digriet tal-5 ta’ Frar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.