10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – “Vekos Trade” AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika”, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-403/14)

(2014/C 395/30)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Vekos Trade” AD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika”, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jkunu miksura minn prassi amministrattiva u ġudizzjarja li żżomm lill-bejjiegħ – il-kunsinnatur fuq kuntratt ta’ ġarr – responsabbli sabiex jistabbilixxi n-natura awtentika tal-firma tad-destinatarju tal-kunsinna u sabiex jiddetermina jekk min jiffirma huwiex persuna li tirrappreżenta lill-kumpannija li tkun id-destinatarju tal-kunsinna, jekk huwiex impjegat tagħha li jista’ jirrappreżentaha jew jekk huwiex persuna awtorizzata f’dan is-sens?

2)

F’każ bħal dak ineżami, l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu effett dirett u jista’ jiġi applikat direttament mill-qorti nazzjonali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.