6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M

(Kawża C-376/14)

2014/C 351/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C

Konvenuta: M

Domandi preliminari

1)

L-eżistenza tal-proċedura Franċiża dwar il-kustodja tal-ulied tipprekludi, fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, l-istabbiliment ta’ residenza abitwali tal-wild fl-Irlanda?

2)

Il-missier jibqa’ detentur tad-drittijiet ta’ kustodja jew il-qrati Franċiżi jibqa’ jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ kustodja tal-wild b’mod li n-nuqqas ta’ ritorn tal-wild fl-Irlanda jsir illegali?

3)

Il-qrati Irlandiżi għandhom is-setgħa li jeżaminaw il-kwistjoni tar-residenza abitwali tal-wild meta dan ikun irrisjeda fl-Irlanda minn Lulju 2012, data li fiha t-teħid tiegħu lejn l-Irlanda ma kienx jikser id-dritt Franċiż?