|
22.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Brunhilde Liebler, Helmut Liebler vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-365/14)
2014/C 329/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brunhilde Liebler, Helmut Liebler
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
|
1) |
L-interventi minn terzi li jaġixxu fuq responsabbiltà tagħhom stess u li ġew fdati b’kompiti relatati mal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1)? |
|
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta pożittiva, huwa importanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li jkun magħruf minn min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, etc) ġie inkarigat it-terz? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).