29.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Elisabet Rion Bea vs Bankia S.A. et
(Kawża C-353/14)
2014/C 339/15
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elisabet Rion Bea
Konvenuti: Bankia S.A., Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE u Fondo de Garantía Salarial
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 56 tal-istatut tal-ħaddiema – approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1995, tal-24 ta’ Marzu 1995 – il-ħames dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi Nru 3/2012, tas-6 ta’ Lulju 2012, li tadotta miżuri urġenti għal riforma fis-suq tax-xogħol, kif ukoll l-Artikoli 123 u 124(13) tal-Liġi Nru 36/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li tirregola l-ġurisdizzjoni soċjali (Ley Reguladora de la Jurisdicción Social, li tirreferi impliċitament għad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq), imorru kontra l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat [dwar il-Funzjonament] tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni kkonsolidata tagħha, sa fejn dawn iżidu, essenzjalment, il-kumpens awtorizzat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja? |
2) |
Interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tnaqqas għall-minimu legali l-kumpens mogħti fil-każ ta’ tkeċċija meqjusa regolari tmur konta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq u kontra d-deċiżjoni li l-Kummissjoni tat fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja? |
3) |
Interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tbiddel il-kumpens mogħti fil-każ ta’ tkeċċija meqjusa abbużiva, b’tali mod li tikkorrispondi mal-ammont miftiehem fil-ftehim konkluż matul il-perijodu ta’ konsultazzjoni, sakemm dan l-ammont ikun ogħla mill-minimu legali iżda inqas mill-massimu legali, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq u kontra d-deċiżjoni li l-Kummissjoni tat fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja? |