6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Trieste (l-Italja) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo vs Allianz SpA

(Kawża C-350/14)

2014/C 351/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Trieste

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo

Konvenuta: Allianz SpA

Domandi preliminari

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (1) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) fil-parti li tipprovdi li: “il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu”? B’mod partikolari

1)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “pajjiż fejn iseħħ id-dannu” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, fil-każ tat-talba għal kumpens għad-danni patrimonjali u mhux patrimonjali invokati mill-qraba ta’ persuna, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-Istat tal-forum, meta dawn il-qraba jirresjedu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni u ġarrbu l-imsemmija danni hemmhekk?

2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, id-danni patrimonjali u mhux patrimonjali mġarrba, fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, mill-qraba ta’ persuna li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fl-Istat tal-forum, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “dannu” fis-sens tal-ewwel parti tal-Artikolu 4(1) jew ta’ “konsegwenzi indiretti” fis-sens tat-tieni parti tal-istess artikolu?


(1)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007,dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (ĠU L 199, p. 40)