1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/21 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-329/14)
2014/C 292/26
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann u I. Koskinen)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
— |
tiddikjara li, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), peress li fir-rigward tal-Finlandja kontinentali, hija ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 9(1) fid-dritt nazzjonali jew, fi kwalunkwe każ, li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan, u peress li fir-rigward tal-Gżejjer Åland, naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi l-imsemmija direttiva fid-dritt nazzjonali jew, fi kwalunkwe każ, li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan; |
— |
tordna lir-Repubblika tal-Finlandja, abbażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 19 178,25 għal kull jum b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, liema ammont għandu jitħallas fil-kont tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, peress li naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tindika l-proċedura leġiżlattiva li permezz tagħha d-Direttiva tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fid-9 ta’ Lulju 2012.