6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fl-4 ta’ Lulju 2014 – CD Consulting s.r.o. vs Anna Pančurová et

(Kawża C-328/14)

2014/C 351/03

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CD Consulting s.r.o.

Konvenuta: Anna Pančurová et

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq id-drittijiet li jirriżultaw minn kambjala ġġirata, f’ebda stadju tal-proċedura ma tista’ bħala prinċipju teżamina ex officio l-kuntratt, il-bażi tar-relazzjoni ġuridika, l-eventwali natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali jew eventwali ksur tal-liġi li tirregola l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tar-rata annwali effettiva globali f’kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur li minnu toriġina l-kambjala?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.