|
8.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fil-21 ta’ Mejju 2014 – Thomas Cook Belgium NV vs Thurner Hotel GmbH
(Kawża C-245/14)
2014/C 303/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thomas Cook Belgium NV
Konvenuta: Thurner Hotel GmbH.
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut jista’ wkoll jitlob reviżjoni mill-qorti tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, meta l-ordni ta’ ħlas ġiet effettivament innotifikata lilu, iżda li, fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-kompetenza stabbilita fil-formola ta’ applikazzjoni, hija qorti li ma għandhiex kompetenza li tkun ħarġet l-ordni? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: il-fatt li l-ordni ta’ ħlas Ewropea kienet inħarġet fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni li tista’ sussegwentement tirriżulta li tkun falza, b’mod partikolari meta l-kompetenza ta’ qorti tiddependi minn dan, huwa biżżejjed sabiex jikkaratterizza ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006 skont il-premessa 25 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-7 ta’ Frar 2006? |