4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/18


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-244/14)

2014/C 253/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstatata li, billi ma ma ttrasponietx b’mod sħiħ l-Artikolu 3(k), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 22(3) u l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara analiżi tas-sitwazzjoni legali fir-Repubblika tal-Awstrija, il-Kummissjoni kellha dubji dwar it-traspożizzjoni korretta ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE (1). Dawn id-dubji kienu essenzjalment jikkonċernaw dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà, l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà, l-investigazzjonijiet, l-organu investigattiv u r-rakkommandazzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà.


(1)  Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 227).