7.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Mejju 2014 – SIA “Ostas celtnieks” vs Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs
(Kawża C-234/14)
2014/C 212/24
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Ostas celtnieks”
Konvenuti: Talsu novada pašvaldība u Iepirkumu uzraudzības birojs
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, huma jippermettu li tiddaħħal regola fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti li tipprevedi li, fil-każ li l-kuntratt jingħata lil offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ imprendituri oħra, dan l-offerent huwa obbligat, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, jikkonkludi ma’ dawn l-imprendituri ftehim ta’ partenarjat (li jinkludi l-punti indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti) jew joħloq magħhom soċjetà f’isem kollettiv?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.