21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Mejju 2014 – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

(Kawża C-222/14)

2014/C 235/11

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Konstantinos Maïstrellis

Konvenut: Ypourgos Dikaiosynis Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton [Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem]

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/34/CE (1) u 2006/54/CE (2), sa fejn huma applikabbli fil-kawża prinċipali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħad-dispożizzjoni inkwistjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(3) tal-Liġi 3528/2007, li jipprovdu li jekk il-mara ta’ uffiċjal pubbliku ma taħdimx jew ma teżerċita ebda professjoni, żewġha ma għandux dritt għal leave parentali, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, hija titqies li ma hijiex kapaċi tissodisfa l-bżonnijiet relatati mat-trobbija ta’ wild?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285).

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (GU L 204, p. 23).