1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Biolzi Romina

(Kawża C-213/14)

2014/C 292/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Biolzi Romina

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti fir-rigward ta’ liċenzji għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata speċifikament sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċerti operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?

2)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-fatt li l-liċenzji li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti jingħataw għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq TFUE u 56 et seq TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment mingħajr ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-network ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?