30.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fit-13 ta’ Frar 2014 – Adiamix vs Direction départementale des finances publiques – Pôle Gestion fiscale
(Kawża C-202/14)
2014/C 202/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Nantes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adiamix
Konvenuta: Direction départementale des finances publiques – Pôle Gestion fiscale
Domanda preliminari
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tiddeċiedi dwar il-validità, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nruo2004/343/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ eżenzjoni stabbilita mill-Artikolu 44 septies tal-Code général des impôts, dwar it-teħid ta’ impriżi f’diffikultà (1).
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza dwar it-teħid ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU L 108, p. 38).