|
14.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/3 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-4 ta’ Frar 2014 fil-Kawżi T-604/11 u T-292/12 – Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-182/14 P)
2014/C 223/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (rappreżentanti: A. Nordemann, M. C. Maier, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 sa fejn tikkonċerna l-Kawża T-292/12, |
|
— |
jekk ikun meħtieġ, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq aggravju wieħed, fejn issostni ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1) tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.
Speċifikatament, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi:
|
1) |
billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, jew tal-inqas issemmi, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, li t-trade mark preċedenti, MAGNET 4, tikkonsisti fin-numru “4”; |
|
2) |
billi fil-punti 22 u 25 tas-sentenza tagħha, ikkunsidrat l-element MAGNET bħala l-element dominanti tat-trade mark preċedenti MAGNET 4; |
|
3) |
billi fil-punt 25 applikat kriterji differenti fl-evalwazzjoni tax-xebh fonetiku u viżiv tas-sinjali MAGNET 4 u MAGNEXT; |
|
4) |
billi fil-punt 35 ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, il-probabbiltà ta’ konfużjoni, l-interdipendenza tal-fatturi relevanti, b’mod partikolari l-livell baxx tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti, MAGNET 4, in-nuqqas ta’ xebh konċettwali tas-sinjali MAGNET 4 u MAGNEXT, u l-grad baxx ta’ xebh fonetiku u viżiv tas-sinjali; |
|
5) |
billi fil-punt 35 ma pprovdietx raġunijiet sostantivi, fir-rigward tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali MAGNET 4 u MAGNEXT. |