14.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-11 ta’ April 2014 – Vario Tek GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-178/14)

2014/C 223/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vario Tek GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li vidjokamera ma tipprovdix il-possibbiltà li wieħed jiffoka mill-qrib jipprekludi l-klassifikazzjoni tagħha fis-subintestatura 8525 90 9 tan-Nomenklatura Magħquda fil-verżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, li t-tnejn li huma jemendaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, apparat b’vidjokamera jkun jista’ jirreġistra l-ħsejjes u l-immaġni meħuda bil-kamera fis-sens tas-subintestatura 8525 80 91 NM sempliċement minħabba li fajl b’vidjo jew b’awdjo jkun jista’ jiġi kkopjat, permezz ta’ konnessjoni USB fuq il-kamera, minn apparat ieħor għal fuq il-mezz interkambjabbli użat għar-reġistrazzjoni u li jkun neċessarju sabiex tiġi operata l-kamera, u dan minkejja li wieħed ma jkunx jista’ jara jew jisma’ dawn il-fajls permezz tal-kamera waħedha?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, li jemendaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 282, p. 1ĠU L 284, p. 1, rispettivament).