21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Marzu 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Nordzucker AG

(Kawża C-148/14)

2014/C 235/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Konvenuta: Nordzucker AG

Parti oħra fil-proċedura: ir-rappreżentant tal-interessi tal-Bund quddiem il-Bundesverwaltungsgericht [Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht]

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha tiġi imposta l-multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet ukoll meta l-operatur, mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ sena partikolari, ikun radd lura numru ta’ kwoti li jikkorrispondi għall-kwantità totali ta’ emissjonijiet indikata fid-dikjarazzjoni tiegħu rigward l-emissjonijiet iġġenerati fis-sena preċedenti permezz tal-installazzjoni u meqjusa bħala sodisfaċenti mill-verifikatur, iżda l-awtoritajiet kompetenti jikkonstataw madankollu, wara t-30 ta’ April, li l-kwantità totali tal-emissjonijiet indikata f’din id-dikjarazzjoni vverifikata ġiet, b’mod inkorrett, iddikjarata bin-nieqes, li d-dikjarazzjoni ġiet korretta u li l-operatur radd lura l-kwoti supplimentari skont terminu ġdid?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.