26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-145/14)

2014/C 159/25

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: С. Petrova, E. Sanfrutos Cano)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

tiddikkjara li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (1), billi ma ħaditx il-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-landfills eżistenti fit-territorju tagħha jibqgħu joperaw wara s-16 ta’ Lulju 2009 biss jekk jiddisodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-risposti għall-opinjoni motivata (l-aħħar risposti huma ddatati s-16 ta’ Lulju 2013 u l-10 ta’ Frar 2014) l-awtoritajiet nazzjonali Bulgari jammettu li, sad-data rilevanti, kien għad hemm, fir-Repubblika tal-Bulgarija, iktar minn 100 landfill operattivi li ma kinux konformi mar-rekwiżiti stabbilti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31/KE.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis neċessarju li tippreżenta dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-artikolu.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228.