21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Marzu 2014 – TMK Europe GmbH vs Hauptzollamt Frankfurt (Oder)
(Kawża C-143/14)
2014/C 235/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TMK Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt (Oder)
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (1) huwa invalidu sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli għad-determinazzjoni tal-ħsara stabbiliti fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), ippreżumiet l-eżistenza ta’ tali ħsara mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni adottat, b’mod partikolari skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Frar 1962, L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), deċiżjoni mhux ippubblikata, tal-25 ta’ Novembru 1994 (Każ IV/35.304) li tiftaħ investigazzjoni dwar il-possibbiltà tal-eżistenza ta’ prattiki antikompetittivi fis-settur tal-pajpijiet tal-azzar mhux liga li possibbilment jiksru l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3) u l-Artikolu 81 KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 329.