24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2014 – Mineralquelle Zurzach AG vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-139/14)

2014/C 194/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mineralquelle Zurzach AG

Konvenut: Hauptzollamt Singen

Domandi preliminari

1)

Xarba mhux alkoħolika, komposta prinċipalment minn ilma iżda wkoll, sa 12 %, minn meraq tal-frott, li jkun fiha wkoll, minbarra zokkor, taħlita ta’ vitamini li hija ħafna ikbar mill-kontenut ta’ vitamini li jkun fih il-meraq naturali tal-frott, taqa’ fis-subintestatura 2202 10 00 tan-Nomenklatura Magħquda?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:

Jista’ jingħad li tali xarba hija meraq tal-frott ddilwit b’ilma li taqa’ taħt il-kodiċi 2202 90 10 11 TARIC?

3)

Fil-każ li l-ewwel żewġ domandi jingħataw risposta negattiva:

Jista’ jingħad li tali prodott huwa merkanzija li taqa’ taħt il-kodiċi 2202 90 10 19 TARIC?