26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Litwanja) fit-18 ta’ Marzu 2014 – Andrejs Surmačs vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija

(Kawża C-127/14)

2014/C 159/20

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrejs Surmačs

Konvenut: Finanšu un kapitāla tirgus komisija

Domandi preliminari

1.

Il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanziji għal depożiti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-lista tiegħu tal-persuni li għandhom jiġi rikonoxxuti bħala persuni marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni li fir-rigward tagħhom għandu jiġi miċħud id-dritt għal kumpens hija eżawrjenti?

2.

Il-persuna li, skont id-deskrizzjoni tal-post, għandha d-dritt li tippjana, tikkoordina u tissorvelja parti mill-attività tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-eżekuzzjoni ta’ funzjoni, u mhux l-attività tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-intier tagħha, iżda li madankollu ma għandhiex il-possibbiltà li tagħti istruzzjonijiet jew li tieħu deċiżjonijiet li jorbtu lil persuni oħra, tista’ tiġi rikonoxxuta bħala amministratur tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala persuna oħra msemmija fil-punt 7 tal-Anness I tad-direttiva? Il-kontenut tal-parti tal-attività speċifika jew tal-funzjoni partikolari tal-istituzzjoni ta’ kreditu huwa rilevanti għal dan l-għan?

3.

Il-punt 7 tal-Anness I tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw il-ħlas tal-kumpens garantit lil persuna li, skont l-obbligi u d-drittijiet indikati fid-deskrizzjoni tal-post, ma tistax tiġi rrikonoxxuta bħala amministratur, iżda li kellha fil-fatt influwenza sinjifikattiva fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-amministraturi jew tal-membri personalment responsabbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu? F’dan il-kuntest, jeħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni l-influwenza informali li tirriżulta mill-awtorità tal-persuna, mill-kapaċità tagħha u mill-konoxxenzi tagħha marbuta mal-attività tal-istituzzjoni ta’ kreditu?


(1)  ĠU L 135, p. 5.