26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2014 – Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG vs Finanzamt Nordenham
(Kawża C-108/14)
2014/C 159/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG
Konvenuta: Finanzamt Nordenham
Domandi preliminari
1) |
Skont liema metodu ta’ kalkolu għandu jiġi kkalkolat it-tnaqqis (parzjali) tat-taxxa tal-input imħallsa minn kumpannija holding fir-rigward ta’ provvisti marbuta mal-akkwist ta’ kapital maħsub sabiex jinxtraw ishma f’kumpanniji sussidjarji meta l-kumpannija holding tipprovdi sussegwentement lil dawn il-kumpanniji (kif previst minn qabel) diversi provvisti suġġetti għat-taxxa? |
2) |
Id-dispożizzjoni dwar l-assimilazzjoni ta’ diversi persuni bħala persuna taxxabbli waħda, li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1), tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi (l-ewwel nett) li persuna ġuridika waħda biss, u għalhekk mhux soċjetà, tista’ tiġi integrata fl-impriża ta’ persuna taxxabbli oħra (l-impriża msejħa dominanti) u li tippresupponi (it-tieni nett) li din il-persuna ġuridika tkun “integrata fl-impriża dominanti” minn aspett finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (fis-sens ta’ ġerarkija fir-relazzjonijiet)? |
3) |
Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv, persuna taxxabbli tista’ tinvoka direttament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.