12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione l-Italja) fis-17 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile

(Kawża C-82/14)

2014/C 142/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Nuova Invincibile

Domanda preliminari

Miżura (bħall-amnestija fiskali prevista fl-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289/2002, li tirrigwarda perijodi mbiegħda u li hija intiża sabiex tikkumpensa, sa ċertu punt, lil persuni milquta minn katastrofi naturali) li għandha effett fuq is-somom globali riċevuti (jew li għandhom jiġu riċevuti) wara l-applikazzjoni tal-VAT taqa’ jew ma taqax taħt il-projbizzjoni li fuqha hija bbażata s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Lulju 2008 fil-Kawża C-132/06?