|
7.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/26 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-117/12, ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-78/14 P)
2014/C 102/36
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Conte)
Parti oħra fil-proċedura: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta fl-appell għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni kkonkludiet, ma’ żewġ konsorzji distinti li minnhom kienet tagħmel parti l-konvenuta fl-appell ANKO, ftehimiet għall-għoti ta’ fondi għall-proġetti “OASIS” u “PERFORM” fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni.
Fil-kuntest tal-ftehim inkwistjoni, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt u, b’mod partikolari, tal-paragrafu (3)(d) tat-Taqsima II.5 (u, b’mod inċidentali, tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (1) tat-Taqsima II.14).
L-interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt tista’ tinqasam fl-aggravji partikolari li ġejjin:
|
1. |
Evalwazzjoni żbaljata tan-natura gravi u sistematika tal-irregolaritajiet bħala motiv ta’ sospensjoni; |
|
2. |
Evalwazzjoni żbaljata tal-possibbiltà/tar-riskju ta’ ripetizzjoni tal-irregolaritajiet; |
|
3. |
Inferenza żbaljata mill-aġġustament ad hoc. |
|
4. |
Interpretazzjoni żbaljata tal-possibbiltà li tintuża n-nefqa medja u applikazzjoni estiża żbaljata ta’ din il-possibbiltà għall-ispejjeż fittizji – żnaturament tal-provi; |
|
5. |
Konfużjoni bejn il-kriterji ta’ sospensjoni (suspett) u l-kriterji ta’ eliġibbiltà (ċertezza). |