12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Diċembru 2013 – Ško–Energo s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-43/14)

2014/C 142/11

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ško–Energo s.r.o.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KEE għandu jiġu interpretat fis-sens li jimpedixxi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li jissuġġettaw l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, matul il-perijodu rilevanti, għat-taxxa fuq id-donazzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.