|
7.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia (Spanja) fl-10 ta’ Jannar 2014 – Unnim Banc, S.A. vs Diego Fernández Gabarro et
(Kawża C-8/14)
2014/C 102/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unnim. Banc, S.A..
Konvenuti: Diego Fernández Gabarro, Pedro Penalva López y Clara López Durán
Domanda preliminari
It-terminu ta’ xahar previst mil-Liġi 1/2013 dwar miżuri intiżi li jsaħħu l-protezzjoni tad-debituri ipotekarji, ir-ristrutturazzjoni tad-dejn u l-kiri soċjali (Ley 1/2013 de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social) għandu jiġi interpretat fis-sens li jmur kontra l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).