SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
26 ta’ Ottubru 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità — Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju — Determinazzjoni tal-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun — Deċiżjoni 2011/278/UE — Artikolu 10(9) — Anness I — Validità”
Fil-Kawża C‑506/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (qorti amministrattiva suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta’ Novembru 2014, fil-proċedura
Yara Suomi Oy,
Borealis Polymers Oy,
Neste Oil Oyj,
SSAB Europe Oy
vs
Työ- ja elinkeinoministeriö,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, J.‑C. Bonichot (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Yara Suomi Oy u SSAB Europe Oy, minn K. Marttinen, u T. Ukkonen, asianajajat, |
— |
għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u K. Petersen, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis u L. Banciella Rodríguez-Miñón, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Schillemans u M. Bulterman, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Mifsud-Bonnici, I. Koskinen u E. White, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda minn naħa, l-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9), tal-Artikolu 15(3) u tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1), u, min-naħa l-oħra, il-validità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2013, L 240, p. 27). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn erba’ operaturi ta’ installazzjonijiet produtturi ta’ gassijiet serra, jiġifieri Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj u SSAB Europe Oy, u Työ- ja elinkeinoministeriö (ministru tax-xogħol u tal-ekonomija, il-Finlandja) dwar il-legalità tad-deċiżjoni adottata minn dan tal-aħħar, fit-8 ta’ Jannar 2014, dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni (iktar 'il quddiem, il-“kwoti”) mingħajr ħlas għall-perijodu ta’ skambju bejn l-2013 u l-2020, wara l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi (iktar 'il quddiem il-“fattur ta’ korrezzjoni”) previst fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU 2003, L 275, p. 32), kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 23 ta’ April 2009 (ĠU 2009, L 140, p. 63) (iktar 'il quddiem id-“Direttiva 2003/87”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-Direttiva 2003/87
3 |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87 hija fformulata kif ġej: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
[...]
[...]
|
4 |
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87, intitolat “Regoli tranżitorji madwar il-Komunità kollha għal allokazzjoni gratis [mingħajr ħlas] armonizzata”, jipprovdi: “1. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta, miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu applikabbli mal-Komunità kollha li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 12 inkluża kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart. Fil-prinċipju, għal kull settur u subsettur, il-punt ta’ riferiment għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti aktar milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati kemm jista’ jkun it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat. Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati. [...] 2. Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur fil-Komunità fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati. Ir-Regolamenti taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante. 3. Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c allokazzjoni bi ħlas biss tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku, għal istallazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2 4. Għandha tingħata allokazzjoni gratis għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. F’kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal istallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9. 5. L-ammont massimu ta’ kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta’ allokazzjonijiet għal istallazzjonijiet li ma jkunux koperti mill-paragrafu 3 u li ma jkunux istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq ma għandux jaqbeż is-somma ta’:
Għandu japplika fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi jekk meħtieġ [...] 11. Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni gratis fl-2027. 12. Suġġett għall-Artikolu 10b, fl-2013 u f’kull sena sussegwentement sal-2020, istallazzjonijiet f’setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom jiġu allokati, konformement mal-paragrafu 1, kwoti gratis sa 100 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. [...]” |
Id-Deċiżjoni 2011/278
5 |
Il-premessa 8 tad-Deċiżjoni 2011/278 hija fformulata f’dawn it-termini: “Għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji, il-Kummissjoni użat bħala l-punt tat-tluq il-medja aritmetrika tar-rendiment tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti tal-gassijiet serra fl-2007 u fl-2008 li għalihom inġabret id-dejta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, analizzat għas-setturi kollha, li għalihom huwa stipulat fl-Anness I parametru referenzjarju ta’ prodott, fuq il-bażi ta’ informazzjoni addizzjonali li waslet mingħand diversi sorsi u fuq il-bażi ta’ studju ddedikat li janalizza t-tekniki l-aktar effiċjenti u l-potenzjal ta’ tnaqqis fil-livell Ewropew u internazzjonali, jekk dawn il-punti tat-tluq jirriflettux biżżejjed it-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi tal-produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta’ skart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tad-diossidu tal-karbonju, meta dawn il-faċilitajiet huma disponibbli. Id-dejta użata biex jiġu stabbiliti l-valuri tal-parametri referenzjarji inġabret minn firxa wiesgħa ta’ sorsi sabiex ikun kopert il-massimu tal-installazzjonijiet li kienu qed jipproduċu prodott b’parametru referenzjarju fis-snin 2007 u 2008. L-ewwel nett, id-dejta dwar ir-rendiment tal-gassijiet serra tal-installazjonijiet ETS li jipproduċu prodott b’parametru referenzjarju inġabret mill-assoċjazzjonijiet Ewropew tas-setturi rispettivi jew f’isimhom fuq il-bażi ta’ regoli definiti, l-hekk imsejħa “kotba tar-regoli settorjali”. Bħala referenza għal dawn il-kotba tar-regoli, il-Kummissjoni pprovdiet gwida rigward il-kriterji tal-kwalità u l-verifika għad-dejta tal-parametri referenzjarji għall-[iskema komuni għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet]. It-tieni nett, biex ikun ikkumplimentat il-ġbir tad-dejta mill-assoċjazzjonijiet Ewropej tas-settur, konsulenti f’isem il-Kummissjoni Ewropea ġabru dejta mill-installazzjonijiet mhux koperti mid-dejta tal-industrija u saħansitra awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pprovdew dejta u analiżi.” |
6 |
Il-premessa 11 tal-imsemmija deċiżjoni tipprovdi: “Fil-każ li ma kienet disponibbli l-ebda dejta jew l-ebda dejta ma nġabret f’konformità mal-metodoloġija tal-parametri referenzjarji, l-informazzjoni rigward il-livelli attwali ta’ emissjonijiet u konsum u dwar it-tekniki l-aktar effiċjenti, prinċipalment miksuba mid-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli (BREF) stabbiliti skont id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż [(ĠU 2008, L 24, p. 8)] intużat biex jinkisbu l-valuri tal-parametri referenzjarji. B’mod partikolari, minħabba nuqqas ta’ dejta rigward it-trattament tal-gassijiet ta’ skart, l-esportazzjoni tas-sħana u l-produzzjoni tal-elettriku, il-valuri għall-parametri referenzjarji ta’ prodott għall-kokk u l-metall sħun inkisbu minn kalkoli tal-emissjonijiet diretti u indiretti fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-flussi tal-enerġija rilevanti pprovduti mill-BREF rilevanti u l-fatturi tal-emissjonijiet definiti minn qabel stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva [2003/87 (ĠU 2007, L 229, p. 1)]. [...]” |
7 |
Il-premessa 32 tal-imsemmija deċiżjoni hija fformulata kif ġej: “Huwa wkoll xieraq li l-parametri referenzjarji ta’ prodott iqisu l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta’ skart u l-emissjonijiet relatati mal-użu tagħhom. Għal dan il-għan, għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji ta’ prodotti li l-produzzjoni tagħhom tiġġenera l-gassijiet bħala skart, tqies sew il-kontenut tal-karbonju ta’ dawn il-gassijiet ta’ skart [...]” |
8 |
L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/278, intitolat “L-allokazzjoni fil-livell ta’ installazzjoni”, jipprovdi: “1. Fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena, jikkalkolaw in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas mill-2013 ’il quddiem lil kull installazzjoni eżistenti fit-territorju tagħhom skont il-paragrafi 2 sa 8. 2. Għall-fini ta’ din il-kalkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jiddeterminaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull subinstallazzjoni separatament kif ġej: [...]: [...] 4. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fatturi msemmija fl-Anness VI għandhom ikunu applikati għan-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas stabbiliti għal kull subinstallazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għas-sena kkonċernata meta l-proċessi f’dawk is-subinstallazzjonijiet iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala mhux esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU 2010, L 1, p. 10)]. Meta l-proċessi f’dawk is-subinstallazzjonijiet iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2010/2/UE, il-fattur li għandu jkun applikat għas-snin 2013 u 2014 għandu jkun 1. Is-setturi jew subsetturi li għalihom il-fattur huwa 1 għas-snin 2015 sa 2020 għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE. [...] 7. L-ammont annwali totali preliminari rivedut ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni għandu jkun is-somma tan-numri annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas tas-subinstallazzjonijiet kollha kkalkolati skont il-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 6. [...] 9. L-ammont annwali totali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni eżistenti, għajr l-installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jkun l-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni eżistenti skont il-paragrafu 7 immultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali kif stabbilit skont l-Artikolu 15(3). Għal installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, u eliġibbli għall-allokazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas, l-ammont annwali totali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jikkorrispondi għall-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni eżistenti skont il-paragrafu 7 u aġġustat kull sena bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-użu tal-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għall-installazzjoni kkonċernata għall-2013 bħala referenza.” |
9 |
L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278 jipprovdi: “1. Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, sat-30 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni lista ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fit-territorju tagħhom, inklużi installazzjonijiet identifikati skont l-Artikolu 5, permezz ta’ mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni. [...] 3. Mal-wasla tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-inklużjoni ta’ kull installazzjoni fil-lista u l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas relatati. Man-notifika minn kull Stat Membru tal-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu 2013 sa 2020, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dan għandu jkun stabbilit mit-tqabbil tas-somma tal-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet li mhumiex ġeneraturi tal-elettriku kull sena matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 mingħajr l-applikazzjoni tal-fatturi msemmija fl-Anness VI bl-ammonti annwali ta’ kwoti li huwa kkalkolat skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE għal installazzjonijiet li mhumiex ġeneraturi tal-elettriku jew installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, waqt li jitqies is-sehem rilevanti tal-kwantità totali annwali fl-Unjoni kollha, kif stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva, u l-ammont ta’ emissjonijiet rilevanti li huma inklużi biss fl-iskema tal-Unjoni mill-2013 ’il quddiem. 4. Jekk il-Kummissjoni ma twarrabx l-iskrizzjoni ta’ installazzjoni f’din il-lista, inklużi l-ammonti annwali totali preliminari korrispondenti ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil din l-installazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproċedi għad-determinazzjoni tal-ammont annwali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal kull sena matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 skont l-Artikolu 10(9) ta’ din id-Deċiżjoni. [...]” |
10 |
L-Anness VI tad-Deċiżjoni 2011/278, intitolat “Il-fattur li jiżgura li s-sistema tranżizzjonali twassal għal tnaqqis fl-allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87/KE”, jipprovdi: “SenaValur tal-fattur20130,800020140,728620150,657120160,585720170,514320180,442920190,371420200,3000” |
Id-Deċiżjoni 2013/448
11 |
Il-premessa 22 tad-Deċiżjoni 2013/448 hija fformulata f’dawn it-termini: “L-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva [2003/87] jillimita l-kwantità massima annwali tal-kwoti li hija l-bażi biex jiġu kkalkulati l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas għall-installazzjonijiet mhux koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dan il-limitu huwa kompost minn żewġ elementi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, li kull wieħed minnhom ġie ddeterminat mill-Kummissjoni abbażi tal-kwantitajiet iddeterminati skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva [2003/87], skont dejta li hija disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-Unjoni u skont informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari dwar is-sehem ta’ emissjonijiet minn ġeneraturi tal-elettriku u installazzjonijiet oħrajn li mhumiex eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas imsemmija fl-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE […].” |
12 |
Il-premessa 25 tal-imsemmija deċiżjoni tipprovdi: “Il-limitu stabbilit bl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE huwa ta’ 809315756 kwoti fl-2013. Biex ikkalkulat dan il-limitu, il-Kummissjoni l-ewwel ġabret l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri [tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA)] u l-pajjiżi [taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)] dwar jekk l-installazzjonijiet jikkwalifikaw bħala ġeneraturi tal-elettriku jew bħala installazzjoni oħra koperta mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. Imbagħad il-Kummissjoni ddeċidiet is-sehem tal-emissjonijiet fil-perjodu ta’ bejn l-2005 u l-2007 mill-installazzjonijiet li mhumiex koperti minn dik id-dispożizzjoni, iżda li kienu inklużi [fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet] fl-Unjoni Ewropea fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012. Il-Kummissjoni kompliet billi applikat dan is-sehem ta’ 34,78289436 % għall-kwantità li ġiet iddeterminata abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE (1976784044 kwoti) […]” |
13 |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2013/448 jipprovdi: “Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi msemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u ddeterminat skont l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa stabbilit fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.” |
14 |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 jipprovdi:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Jannar 2014, il-ministru tax-xogħol u tal-ekonomija ddetermina l-kwantità definittiva ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas għall-perijodu ta’ skambji bejn l-2013 u l-2020. Għal dan il-għan, huwa bbaża ruħu fuq il-parametri referenzjali stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni 2011/278 u applika l-fattur ta’ korrezzjoni kif iddeterminat fl-Artikolu 4 u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448. |
16 |
Id-deċiżjoni ta’ allokazzjoni tat-8 ta’ Jannar 2014 ġiet ikkontestata minn erba’ operaturi ta’ installazzjonijiet li jemettu gassijiet serra, jiġifieri Yara Suomi, Borealis Polymers, Neste Oil u SSAB Europe, quddiem Korkein hallinto-oikeus (qorti amministrattiva suprema, il-Finlandja). Insostenn tar-rikors tagħhom, dawn l-operaturi ressqu diversi motivi bbażati fuq żbalji ta’ liġi li jivvizzjaw id-Deċiżjonijiet 2011/278 u 2013/448. |
17 |
Huma jsostnu, essenzjalment, li d-Deċiżjoni 2013/448 hija illegali sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni għas-setturi esposti għal riskju ta’ rilaxx tal-karbonju tmur kontra d-Direttiva 2003/87. Id-Deċiżjoni 2011/278 hija min-naħa tagħha vvizzjata b’illegalità peress li stabbiliet il-parametru referenzjali għall-metall sħun bi ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87. |
18 |
Il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-legalità tad-Deċiżjoni 2013/448. Minbarra l-ksur possibbli tar-regoli ta’ proċedura fl-adozzjoni tagħha, din id-deċiżjoni hija vvizzjata b’diversi irregolaritajiet sa fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ korrezzjoni skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87. Fil-fatt, il-Kummissjoni, minn naħa, użat data mhux kompleta u, min-naħa l-oħra, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni ċerti emissjonijiet marbuta mal-produzzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku, b’mod partikolari b’koġenerazzjoni u bil-kombustjoni tal-gassijiet residwi. |
19 |
Fir-rigward tal-installazzjonijiet tas-setturi jew tas-subsetturi li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju, mill-Artikolu 10a(12) tad-Direttiva 2003/87 jirriżulta li dawn għandhom jibbenefikaw minn kwantità ta’ kwoti mingħajr ħlas li tikkorrispondi għal 100 % tal-kwantità ddeterminata skont id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Madankollu, dawn l-installazzjonijiet ma jibbenefikawx minn 100 % tal-kwoti peress li l-fattur ta’ korrezzjoni japplika wkoll għall-kwantità ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati lilhom. |
20 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirreleva li, f’wieħed mir-rikorsi ppreżentati quddiemha, huwa sostnut li, il-Kummissjoni, meta stabbiliet il-parametri referenzjali għall-metall likwidu fid-Deċiżjoni 2011/278, ma ħaditx inkunsiderazzjoni il-kontenut reali tal-karbonju fil-gassijiet residwi, iżda b’mod żbaljat qabblet il-gassijiet residwi mal-gassijiet naturali. Dan it-tqabbil ma jinkoraġġixxix ir-rikors għal miżuri bħall-koġenerazzjoni jew l-irkupru effettiv tal-gassijiet residwi. Barra minn hekk, dan il-parametru referenzjali ġie stabbilit mhux abbażi tad-data li l-industrija bagħtet lill-Kummissjoni, iżda, b’mod żbaljat, abbażi tad-dokumenti ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fis-sens tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2010 L 334, p. 17). |
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein hallinto oikeus (qorti amministrattiva suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278
Fuq it-tielet u r-raba’ domanda
22 |
Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien u fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2013/448 sa fejn, fid-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni, l-emissjonijiet tal-installazzjonijiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87 li ma humiex produtturi ta’ elettriku ma ġewx inklużi fil-kwantità annwali massima ta’ kwoti fis-sens tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87 (iktar 'il quddiem il-“kwantità annwali massima ta’ kwoti”) sa fejn dawn l-emissjonijiet joriġinaw, minn naħa, mill-kombustjoni ta’ gass residwu sabiex jiġi prodott l-elettriku u, min-naħa l-oħra, mill-produzzjoni ta’ sħana mill-koġenerazzjoni. |
23 |
Mill-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87 jirriżulta li installazzjoni li tipproduċi l-elettriku intiż għall-bejgħ lil terzi u li fiha ma sseħħ l-ebda waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, ħlief għall-kombustjoni tal-karburanti, għandha tiġi kkwalifikata bħala “[produttur] tal-elettriku”. |
24 |
Sa fejn il-gassijiet residwi jkunu nħarqu minn produtturi tal-elettriku, l-emissjonijiet korrispondenti ma jkunux ittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istabbiliment tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti (sentneza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 74). |
25 |
Bl-istess mod, mill-Artikolu 10a(3) u (5) tad-Direttiva 2003/87 jirriżulta li l-emissjonijiet iġġenerati mill-produzzjoni tas-sħana permezz ta’ koġenerazzjoni ma ttieħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima tal-kwoti sa fejn joriġinaw minn produtturi tal-elettriku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 75). |
26 |
Fil-fatt, l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278, adottata sabiex jiġi implementat fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87, ma jippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet tal-produtturi tal-elettriku fid-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 68). |
27 |
Min-naħa l-oħra, mid-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tad-Direttiva 2003/87 u tad-Deċiżjoni 2011/278 ma jirriżultax li l-Kummissjoni, matul id-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti, eskludiet emissjonijiet oħra bħal dawk tal-produtturi tal-elettriku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punti 67, 70, 72 sa 76), li jikkonferma l-premessi 22 u 25 tad-Deċiżjoni 2013/448. B’mod partikolari, minn dawn tal-aħħar jirriżulta li l-Kummissjoni ġabret informazzjoni mingħand l-Istati Membri u mill-pajjiżi tal-EFTA li jipparteċipaw fiż-ŻEE sabiex tkun taf jekk l-installazzjonijiet setgħux jiġu kkunsidrati bħala produtturi tal-elettriku jew installazzjonijiet oħra koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87. |
28 |
Minn dan isegwi li t-tielet u r-raba’ domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju huma bbażati fuq l-istess premessa żbaljata. Fil-fatt, ma jirriżulta la mid-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tad-Direttiva 2003/87 u tad-Deċiżjoni 2011/278 u lanqas mid-Deċiżjoni 2013/448 li l-Kummissjoni, matul id-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti, eskludiet emissjonijiet differenti minn dawk tal-produtturi tal-elettriku. |
29 |
Għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk ikun il-każ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu sarulha. Barra minn hekk, jista’ jkun meħtieġ għall-Qorti tal-Ġustizzja li tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li għalihom il-qorti tar-rinviju ma tkunx għamlet riferiment fil-formulazzjoni tad-domanda tagħha (sentenza tal-11 ta’ Frar 2015, Marktgemeinde Straßwalchen et, C‑531/13, EU:C:2015:79, punt 37). |
30 |
Fid-dawl tal-premessi esposti fil-punti 23 sa 28 ta’ din is-sentenza, it-tielet u r-raba’ domanda preliminari jistgħu jinftiehmu fis-sens li l-qorti tar-rinviju qiegħda titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278 sa fejn din id-dispożizzjoni teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni emissjonijiet ta’ produtturi tal-elettriku għad-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti. |
31 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenza tagħha tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311), il-Qorti tal-Ġustizzja twasslet biex tiddeċiedi dwar kwistjoni essenzjalment identika u r-risposta mogħtija minn dik is-sentenza hija kompletament transpożabbli għal din il-kawża. |
32 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’din is-sentenza li, billi ma jippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet tal-produtturi tal-elettriku fid-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti, l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278 huwa konformi mat-termini tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87, moqri flimkien mal-paragrafu (3) tal-istess artikolu (ara s-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 68). |
33 |
Din l-interpretazzjoni hija konformi wkoll mal-istruttura tad-Direttiva 2003/87 kif ukoll mal-għanijiet tagħha (sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 69). |
34 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għal raġunijiet identiċi għal dawk stabbiliti fil-punti 62 sa 83 tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311), l-eżami tat-tielet u tar-raba’ domanda ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278. |
Fuq il-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278
Fuq is-sitt u s-seba’ domanda
35 |
Permezz tas-sitt u s-seba’ domanda, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278 sa fejn il-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun ġie ddeterminat bi ksur tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 10a(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87. |
36 |
SSAB Europe tikkunsidra li minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-parametri referenzjali għandhom jiġu stabbiliti abbażi tar-rendiment ta’ 10 % tal-installazzjonijiet l-iktar effiċjenti tas-settur ikkonċernat mill-parametru referenzjali. Fl-implementazzjoni ta’ din ir-regola, il-Kummissjoni kkunsidrat, b’mod żbaljat, li l-gassijiet residwi li joħorġu matul il-produzzjoni ta’ metall sħun jistgħu jissostitwixxu ruħhom bħala kombustibbli tal-gass naturali użat f’dan l-istess proċess. Barra minn hekk, il-parametru referenzjali ddeterminat mill-Kummissjoni lanqas ma jinkoraġġixxi l-koġenerazzjoni jew l-irkupru effettiv tal-gassijiet residwi peress li jnaqqas il-vantaġġi għall-operaturi li għandhom rikors għal dawn il-prattiċi. |
37 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, sabiex tistabbilixxi l-parametri referenzjali skont is-settur jew subsettur skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87. Fil-fatt, dan l-eżerċizzju min-naħa tiegħu jimplika, b’mod partikolari, għażliet kif ukoll evalwazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi kumplessi. Hija biss in-natura manifestament mhux xierqa ta’ miżura stabbilita ta’ dan il-qasam li tista’ taffettwa l-legalità ta’ tali miżura (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2016, Borealis et, C‑180/15, EU:C:2016:647, punt 45). |
38 |
Mill-premessa 8 tad-Deċiżjoni 2011/278 jirriżulta li l-Kummissjoni użat, sabiex tistabbilixxi valuri ta’ parametri referenzjarji, bħala l-punt ta’ tluq il-medja aritmetrika tar-rendiment tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-iktar installazzjonijiet effiċjenti tal-gassijiet serra fl-2007 u fl-2008 li għalihom inġabret id-data. Hija vverifikat li dan il-bażi ta’ tluq kien jirrifletti suffiċjentement it-tekniki l-iktar effiċjenti, is-soluzzjonijiet, il-proċessi alternattivi tal-produzzjoni ta’ sostituzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet residwi, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tad-diossidu tal-karbonju, meta dawn il-faċilitajiet huma disponibbli. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkompletat din id-data billi użat, b’mod partikolari, id-data li rċeviet mill-assoċjazzjonijiet settorjali Ewropej differenti jew f’isimhom, abbażi ta’ regoli ddefiniti li jinsabu f’manwali settorjali. Bħala riferiment għal dawn il-manwali settorjali, il-Kummissjoni pprovdiet linji gwida fuq il-kriterji ta’ kwalità u ta’ verifika (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2016, Borealis et, C‑180/15, EU:C:2016:647, punt 46). |
39 |
Minbarra dan, mill-premessa 11 tad-Deċiżjoni 2011/278 jirriżulta li, fil-każ li ma kienet disponibbli l-ebda data jew l-ebda data li nġabret ma kienet konformi mal-metodoloġija ta’ determinazzjoni tal-parametri referenzjali, il-valuri tal-parametri referenzjali ġew stabbiliti bl-għajnuna tal-informazzjoni rigward il-livelli attwali ta’ emissjonijiet u konsum u dwar it-tekniki l-iktar effiċjenti, prinċipalment miksuba mid-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli (BREF) stabbiliti skont id-Direttiva 2008/1. B’mod partikolari, minħabba assenza ta’ data rigward it-trattament tal-gassijiet residwi, l-esportazzjoni tas-sħana u l-produzzjoni tal-elettriku, il-valuri għall-parametri referenzjali ta’ prodott għall-kokk u għall-metall sħun inkisbu minn kalkoli tal-emissjonijiet diretti u indiretti fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-flussi tal-enerġija rilevanti pprovduti mill-BREF korrispondenti u l-fatturi tal-emissjonijiet iddefiniti minn qabel stipulati fid-Deċiżjoni 2007/589 (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2016, Borealis et, C‑180/15, EU:C:2016:647, punt 47). |
40 |
Fir-rigward tal-gassijiet residwi ġġenerati waqt il-produzzjoni ta’ metall sħun, mill-premessa 32 tad-Deċiżjoni 2011/278 jirriżulta li l-parametri referenzjali ta’ prodott jieħdu inkunsiderazzjoni l-irkupru effiċjenti tal-enerġija minn gassijiet residwi u emissjonijiet relatati mal-użu ta’ dawn il-gassijiet. Għal dan il-għan, il-kontenut tal-karbonju ta’ dawn il-gassijiet residwi fil-parti l-kbira ttieħed inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjali relatati mal-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tiġġenera gassijiet residwi (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2016, Borealis et, C‑180/15, EU:C:2016:647, punt 48). |
41 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li l-Kummissjoni, billi ddeterminat il-parametri referenzjali skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87, kienet marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha. (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2016, Borealis et, C‑180/15, EU:C:2016:647, punt 49). |
42 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-eżami tas-sitt u s-seba’ domanda ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278. |
Fuq il-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278
Fuq il-ħames domanda
43 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2013/448 sa fejn il-fattur ta’ korrezzjoni ġie estiż għal settur espost għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju. |
44 |
Yara Suomi, Borealis Polymers, Neste Oil u SSAB Europe jsostnu li l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni tipprekludi lill-installazzjonijiet li jappartjenu għal settur espost għal riskji ta’ rilaxx ta’ karbonju milli jirċievu 100 % tal-kwoti li għandhom bżonn. Billi applikat dan il-fattur għas-setturi esposti għal riskju ta’ rilaxx tal-karbonju, il-Kummissjoni bidlet l-elementi essenzjali tad-Direttiva 2003/87 f’sens kuntrarju għal dak tal-Artikolu 10a(12) ta’ din id-direttiva. |
45 |
Kif tfakkar fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha. F’dan id-dawl, jekk ikun il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li għalihom il-qorti nazzjonali ma tkun għamlet l-ebda referenza fit-test tad-domanda tagħha. |
46 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87, il-kwantità ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas għall-2013, skont il-paragrafi 4 u 7 ta’ dan l-artikolu, jikkorrispondi għal 80 % tal-kwantità stabbilita skont il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu. L-allokazzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas tonqos sussegwentement kull sena bi kwantità ugwali, sakemm jintlaħaq 30 % mill-2020, bil-ħsieb li sal-2027 tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda kwota mingħajr ħlas. |
47 |
L-Artikolu 10a(12) tad-Direttiva 2003/87 jipprovdi eċċezzjoni għal din ir-regola. Għalhekk, għall-2013 u kull sena segwenti sal-2020, l-installazzjonijiet tas-setturi jew tas-subsetturi esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilaxx ta’ karbonju għandhom jirċievu, skont l-Artikolu 10a(1) ta’ din id-direttiva, kwantità ta’ kwoti mingħajr ħlas li jirrappreżenta 100 % tal-kwantità ddeterminata skont il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu. |
48 |
Sabiex jiġu implementati l-paragrafi 11 u 12 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87, il-Kummissjoni pprovdiet, fl-Artikolu 10(4) tad-Deċiżjoni 2011/278, żewġ regoli differenti, minn naħa, għall-installazzjonijiet tas-setturi li huma esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju u, min-naħa l-oħra, għal dawk li jappartjenu għas-setturi li ma humiex esposti għal tali riskju. F’dak li jikkonċerna dawn tal-aħħar, mill-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87, il-fatturi indikati fl-Anness VI huma applikati għan-numru annwali provviżorju tal-kwoti allokati mingħajr ħlas. Għalhekk, għall-2013, għandu jiġi applikat fattur ta’ 0.8 li sussegwentement jonqos annwalment sabiex jintlaħaq il-valur ta’ 0.3 fl-2020. Fir-rigward tal-installazzjonijiet tas-setturi jew tas-subsetturi kkunsidrati li huma esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilaxx ta’ karbonju, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Deċiżjoni 2011/278 jirriżulta li l-fattur li għandu jiġi applikat għan-numru annwali provviżorju ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas huwa ugwali għal 1. |
49 |
Fir-rigward tal-fattur ta’ korrezzjoni, għalkemm huwa minnu li huwa stabbilit fl-Artikolu 4 u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448, il-mod tal-applikazzjoni tiegħu ġie ddeterminat mill-Kummissjoni fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278. |
50 |
Skont din l-aħħar dispożizzjoni, il-kwantità annwali totali finali tal-kwoti allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni li hemm, bl-eċċezzjoni tal-installazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87, tikkorrispondi għall-kwantità annwali totali provviżorja tal-kwoti allokati mingħajr ħlas, iddeterminata skont l-Artikolu 10(7) tad-Deċiżjoni 2011/278, immultiplikata bil-fattur ta’ korrezzjoni ddefinit skont l-Artikolu 15(3) ta’ din l-istess deċiżjoni. L-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni hija għalhekk prevista mingħajr ebda distinzjoni bejn l-installazzjonijiet tas-setturi li huma esposti għal riskju importanti ta’ rilaxx tal-karbonju u dawk li jappartjenu għas-setturi li ma humiex esposti għal tali riskju. |
51 |
Minn dan isegwi li, permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278 sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni għall-kwantità tal-kwoti allokati b’mod provviżorju għall-installazzjonijiet kollha li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87, mingħajr ma tagħmel eċċezzjoni għall-installazzjonijiet tas-setturi jew tas-subsetturi li huma esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilaxx ta’ karbonju. |
52 |
Mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 10a(12) tad-Direttiva 2003/87 jirriżulta li, sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità definittiva ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas lill-installazzjonijiet tas-setturi jew subsetturi kkunsidrati li huma esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilaxx ta’ karbonju, għandu jiġi stabbilit il-volum tal-kwoti li jikkorrispondi għal “100 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 [ta’ dan l-Artikolu]”. |
53 |
Skont din l-aħħar dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ eżekuzzjoni kompletament armonizzati dwar l-allokazzjoni armonizzata tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 12 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19 ta’ dan l-artikolu. Fost il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu hemm għalhekk l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni kif previst fil-paragrafu 5 ta’ dan l-istess artikolu. |
54 |
Interpretazzjoni tal-Artikolu 10a(1) u (12) tad-Direttiva 2003/87 li teskludi l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni hija mhux biss kuntrarja għall-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, iżda wkoll għall-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, bħall-paragrafu 12 ta’ dan l-artikolu, il-paragrafu 11 ta’ dan, li jipprovdi li, bħala regola, il-volum tal-kwoti mingħajr ħlas huwa mnaqqas gradwalment, jirreferi wkoll għall-“kwantità [tal-kwoti] determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 [ta’ dan l-istess artikolu]”. Fil-fatt, kieku dawn il-miżuri ma kinux jinkludu l-fattur ta’ korrezzjoni, dan ma jkun jista’ jiġi applikat la għall-installazzjonijiet tas-setturi u tas-subsetturi li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju u lanqas għall-installazzjonijiet tas-setturi li ma humiex esposti għal tali riskju. |
55 |
Għaldaqstant, kellha raġun il-Kummissjoni li fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278 ma eżentatx l-installazzjonijiet tas-setturi jew tas-subsetturi kkunsidrati li huma esposti għal riskju sostanzjali ta’ rilaxx ta’ karbonju mill-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni. |
56 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li mill-eżami tal-ħames domanda ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278. |
Fuq il-validità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
57 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 li jistabbilixxi l-fattur ta’ korrezzjoni. |
58 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li peress li l-Kummissjoni ma ddeterminatx il-kwantità annwali massima ta’ kwoti konformement mar-rekwiżiti tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87, il-fattur ta’ korrezzjoni stabbilit fl-Artikolu 4 u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huwa wkoll kuntrarju għal din id-dispożizzjoni (sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 98). |
59 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel u t-tieni domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 li jistabbilixxu l-fattur ta’ korrezzjoni huma invalidi (sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et, C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311, punt 99). |
Fuq il-limitazzjoni tal-effetti ratione temporis
60 |
Mill-punt 111 tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311), jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja llimitat l-effetti ratione temporis tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 b’mod, minn naħa, li din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati. |
Fuq l-ispejjeż
61 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.