SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
15 ta’ Settembru 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Soċjetà tal-informazzjoni — Moviment liberu tas-servizzi — Netwerk wireless lokali (WLAN) professjonali — Tqegħid għad-dispożizzjoni libera tal-pubbliku — Responsabbiltà tal-persuni li jipprovdu servizzi intermedji — ‘Mere conduit’ — Direttiva 2000/31/KE — Artikolu 12 — Limitazzjoni tar-responsabbiltà — Utent mhux magħruf minn dan in-netwerk — Ksur tad-drittijiet tad-detenturi ta’ drittijiet fuq xogħol protett — Obbligu ta’ protezzjoni tan-netwerk — Responsabbiltà ċivili tal-professjonist”
Fil-Kawża C‑484/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht München I (qorti reġjonali I ta’ München, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-3 ta’ Novembru 2014, fil-proċedura
Tobias Mc Fadden
vs
Sony Music Entertainment Germany GmbH,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, D. Šváby, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u M. Vilaras, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-9 ta’ Diċembru 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal T. Mc Fadden, minn A. Hufschmid u C. Fritz, avukati, |
— |
għal Sony Music Entertainment Germany GmbH, minn B. Frommer, R. Bisle, M. Hügel, avukati, |
— |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn K.‑P. Wojcik u F. Wilman, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta’ Marzu 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Tobias Mc Fadden u Sony Music Entertainment Germany GmbH (iktar ’il quddiem “Sony Music”), dwar l-eventwali responsabbiltà ta’ T. Mc Fadden fl-użu, minn terz, tan-netwerk wireless lokali [Wireless local area network (WLAN)] li T. Mc Fadden jopera, bil-għan li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr awtorizzazzjoni, fonogramm prodott minn Sony Music. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 98/34
3 |
Fit-22 ta’ Ġunju 1998, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards tekniċi u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 98/34”). |
4 |
Il-premessi 2 u 19 tad-Direttiva 98/48 jipprovdu:
[...]
|
5 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 jipprovdi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsriet li ġejjin: [...]
[...]” |
Id-Direttiva 2000/31
6 |
Il-premessi 18, 41, 42 u 50 tad-Direttiva 2000/31 huma fformulati kif ġej:
[...]
[...]
|
7 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, dawn it-termini li ġejjin għandu jkollhom dawn it-tifsiriet:
[...]” |
8 |
Fit-Taqsima 4, intitolata “Responsabbilità ta’ intermedjarji li jipprovdu servizz”, tal-Kapitolu II tagħha, l-imsemmija direttiva fiha l-Artikoli 12 sa 15. |
9 |
L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat “‘Mere conduit’”, jipprovdi: “1. Meta servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni jkun ipprovdut li jikkonsisti fit-trasmissjoni f’network ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni provduta minn dak li jirċievi s-servizz, jew tal-proveddiment ta’ aċċess lejn network ta’ komunikazzjoni, Stati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz ma jkunx responsabbli għall-informazzjoni trasmessa, bil-kundizzjoni li dak li jipprovdi:
[...] 3. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibilità għal qorti jew awtorità amministrattiva, bi qbil mas-sistemi legali tal-Istati Membri, li jinħtieġu li dak li jipprovdi s-servizz li jwaqqaf jew li ma jħallix li jsir ksur.” |
10 |
L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/31, intitolat “‘Caching’”, jipprovdi: “1. Meta jkun provdut servizz għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni li jikkonsisti fit-trasmissjoni fuq network ta’ komunikazzjoni minn informazzjoni provduta minn dak li jirċievi s-servizz, Stati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz ma jkunx responsabbli għal ħażna awtomatika, intermedjarja jew temporanja ta’ dik l-informazzjoni, mwettqa biss għall-iskop li tagħmel aktar effiċjenti t-tmexxija tat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni lil oħrajn li jirċievu s-servizz fuq talba tagħhom, bil-kundizzjoni li:
|
11 |
L-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, intitolat “Hosting” jipprovdi: “1. Meta servizz għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni jkun provdut li jikkonsisti fiż-żamma ta’ informazzjoni ipprovduta minn dak li jirċievi s-servizz, Stati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz ma jkunx responsabbli għall-informazzjoni miżmuma fuq it-talba ta’ dak li jirċievi s-servizz, bil-kundizzjoni li:
2. Il-paragrafu 1 m’għandux ikun applikabbli meta dak li jirċievi s-servizz ikun jaġixxi permezz ta’ l-awtorità jew tal-kontroll ta’ dak li jipprovdi. 3. Dan l-Artikolu m’għandux jaffettwa l-possibiltà għal qorti jew awtorità amministrattiva, bi qbil mas-sistemi leġali ta’ Stati Membri, tal-ħtieġa [li teħtieġ] li dak li jipprovdi s-servizz jittermina jew iwaqqaf ksur, l-anqas ma taffettwa l-possibiltà għal Stati Membri li jistabbilixxu proċeduri li jirregolaw it-tneħħija jew it-twaqqif ta’ aċċess għall-informazzjoni.” |
12 |
L-Artikolu 15(1) tal-imsemmija direttiva, intitolat “L-ebda obbligu ġenerali li jsir monitoraġġ”, jipprovdi: “L-Istati Membri m’għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq dawk li jipprovdu, meta jipprovdu s-servizzi koperti mill-Artikoli 12, 13 u 14, li jagħmlu monitoraġġ ta’ l-informazzjoni li huma jittrasmettu jew iżommu, l-anqas obbligu ġenerali biex ikunu mfittxija fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.” |
Id-Direttiva 2001/29/KE
13 |
Il-premessa 16 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), tiddikjara: “Responsabbiltà legali għall-attivitajiet fl-ambitu tan-network tirrigwarda mhux biss drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati iżda wkoll oqsma oħra, bħal defamazzjoni, reklamar qarrieq, jew ksur ta’ trademarks, u hija indirizzata orizzontalment fid-Direttiva [2000/31] li jikkjarifika u jarmonizza diversi kwistjonijiet legali dwar servizzi tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni inkluż kummerċ elettroniku. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’perijodu ta’ żmien simili għal dak għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar kummerċ elettroniku, minħabba l-fatt li dik id-Direttiva tipprovdi qafas armonizzat ta’ prinċipji u disposizzjonijiet relevanti fost oħrajn għall-partijiet importanti ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet dwar ir-risponsabbiltà f’dik id-Direttiva.” |
Id-Direttiva 2004/48/KE
14 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32), intitolat “Firxa ta’ applikazzjoni”, jipprovdi: “[...] 3. Din id-Direttiva ma għandhix taffettwa:
[...]” |
Id-dritt Ġermaniż
15 |
L-Artikoli 7 sa 10 tat-Telemediengesetz (liġi dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi), tas-26 ta’ Frar 2007 (BGBl. I, p. 179), kif emendata l-aħħar bil-liġi tal-31 ta’ Marzu 2010 (BGBl. I, p. 692) (iktar ’il quddiem il-“liġi dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi”), jittrasponu l-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31 fid-dritt nazzjonali. |
16 |
L-Artikolu 7 tal-liġi dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi huwa fformulat kif ġej: “1) Skont il-liġijiet ġenerali, il-persuni li jipprovdu servizzi huma responsabbli għall-informazzjoni tagħhom stess, li huma jqiegħdu għad-dispożizzjoni bil-għan li tintuża. 2) Il-persuni li jipprovdu servizzi fis-sens tal-Artikoli 8 sa 10 ma humiex obbligati jissorveljaw l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas li jfittxu attivament fatti jew ċirkustanzi li jindikaw attivitajiet illegali. Obbligi imposti mil-liġijiet ġenerali sabiex ineħħu informazzjoni jew jirrendu l-użu tagħha impossibbli ma humiex affettwati mill-assenza ta’ responsabbiltà tal-persuna li tipprovdi servizzi skont l-Artikoli 8 sa 10. [...]” |
17 |
L-Artikolu 8(1) tal-liġi dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jipprovdi: “Il-persuni li jipprovdu servizzi ma humiex responsabbli għall-informazzjoni li huma jittrażmettu fuq netwerk ta’ komunikazzjoni jew li huma jipprovdu aċċess għaliha għal finijiet ta’ użu bil-kundizzjoni li huma:
L-ewwel sentenza ma tapplikax meta l-persuna li tipprovdi servizzi tikkollabora b’mod deliberat ma’ xi wieħed mid-destinatarji tas-servizz tagħha bil-għan li twettaq attivitajiet illegali.” |
18 |
L-Artikolu 97 tal-Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte (Urheberrechtsgesetz) (liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati), tad-9 ta’ Settembru 1965 (BGBl. I, p. 1273), kif emendata l-aħħar bil-liġi tal-1 ta’ Ottubru 2013 (BGBl. I, p. 3728) (iktar ’il quddiem il-“liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati”), jipprovdi: “1) Fil-każ ta’ ksur illegali tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ dritt ieħor protett minn din il-liġi, il-persuna leża tista’ titlob li jitwaqqaf id-dannu; fil-każ ta’ riskju ta’ repetizzjoni tal-ksur, hija tista’ titlob il-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni. Id-dritt li jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni jeżisti wkoll meta jkun jidher għall-ewwel darba li hemm riskju ta’ ksur. 2) Min iwettaq ksur b’mod intenzjonat jew b’negliġenza għandu jikkumpensa lill-persuna leża għad-dannu li jirriżulta minnu. [...]” |
19 |
L-Artikolu 97a tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jipprovdi: “1) Il-persuna leża għandha tagħti avviż ta’ intimazzjoni lill-persuna li twettaq vjolazzjoni qabel ma tibda proċeduri ġudizzjarji għal inibizzjoni u tagħtiha l-opportunità li tirriżolvi t-tilwima billi tieħu l-impenn li żżomm lura milli twettaq il-ksur, flimkien ma’ klawżola penali xierqa. [...] 3) Sa fejn l-intimazzjoni tkun iġġustifikata, [...] jista’ jintalab ir-rimbors tal-ispejjeż neċessarji. [...]” |
Il-ġurisprudenza nazzjonali dwar ir-responsabbiltà indiretta tal-persuni li jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (Störerhaftung)
20 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fid-dritt Ġermaniż, persuna tista’ tinżamm responsabbli fil-każ ta’ ksur ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati mwettaq minnha direttament (Täterhaftung) jew indirettament (Störerhaftung). Fil-fatt, l-Artikolu 97 tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati huwa interpretat mill-qrati Ġermaniżi fis-sens li, fil-każ ta’ ksur, persuna li, mingħajr ma tkun l-awtur ta’ dan il-ksur jew kompliċi fih, tikkontribwixxi għalih b’mod deliberat tista’ tinżamm responsabbli (Störer). |
21 |
F’dan ir-rigward, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja) iddeċidiet, f’sentenza tat-12 ta’ Mejju 2010, Sommer unseres Lebens (I ZR 121/08), li l-persuna privata li topera netwerk wifi b’aċċess għall-internet tista’ tiġi kklassifikata bħala “Störer” meta ma tkunx ipproteġiet in-netwerk tagħha permezz ta’ password, b’mod li tippermetti lil terz jikser drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati. Skont dik is-sentenza, huwa raġonevoli li tali operatur tan-netwerk jieħu miżuri għall-protezzjoni, bħal sistema ta’ identifikazzjoni permezz ta’ password. |
Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
22 |
T. Mc Fadden jiġġestixxi impriża li toffri materjal ta’ dawl u ta’ ħoss għall-bejgħ jew għall-kiri. |
23 |
Huwa jopera netwerk wireless lokali li joffri, madwar l-impriża tiegħu, aċċess b’xejn u anonimu għall-internet. Sabiex jipprovdi dan l-aċċess għall-internet, T. Mc Fadden juża s-servizzi ta’ impriża ta’ telekomunikazzjoni. L-aċċess għal dan in-netwerk kien volontarjament mhux protett sabiex jattira l-attenzjoni tal-klijenti tal-ħwienet biswit, tal-persuni li jkunu għaddejjin u tal-ġirien għall-kumpannija tiegħu. |
24 |
Madwar l-4 ta’ Settembru 2010, T. Mc Fadden biddel l-isem tan-netwerk tiegħu minn “mcfadden.de” għal “freiheitstattangst.de”, u dan b’riferiment għal dimostrazzjoni favur il-protezzjoni tad-data personali u kontra s-sorveljanza eċċessiva mill-Istat. |
25 |
Fl-istess perijodu, xogħol mużikali tqiegħed bla ħlas għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet, mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet, permezz tan-netwerk wireless lokali operat minn T. Mc Fadden. Dan tal-aħħar isostni li ma wettaqx il-ksur allegat, iżda ma setax jeskludi li dan twettaq minn xi wieħed mill-utenti tan-netwerk tiegħu. |
26 |
Sony Music hija l-produttriċi tal-fonogramm ta’ dan ix-xogħol. |
27 |
B’ittra tad-29 ta’ Ottubru 2010, Sony Music intimat lil T. Mc Fadden sabiex jirrispetta d-drittijiet tagħha fuq l-imsemmi fonogramm. |
28 |
Wara din l-intimazzjoni, T. Mc Fadden ippreżenta azzjoni dikjaratorja negattiva (negative Feststellungsklage). Sony Music irrispondiet billi ressqet diversi kontrotalbiet intiżi sabiex jiksbu mingħand T. Mc Fadden, l-ewwel nett, il-ħlas ta’ danni minħabba r-responsabbiltà diretta tiegħu fil-ksur tad-drittijiet tagħha fuq l-imsemmi fonogramm, it-tieni nett, il-waqfien tal-ksur tad-drittijiet tagħha taħt piena ta’ penalità, u t-tielet nett, ir-rimbors tal-ispejjeż tagħha relatati mal-intimazzjoni u mal-kawża. |
29 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014, mogħtija fil-kontumaċja fil-konfront ta’ T. Mc Fadden, il-qorti tar-rinviju ċaħdet it-talba ta’ dan tal-aħħar u laqgħet il-kontrotalbiet ta’ Sony Music. |
30 |
T. Mc Fadden ippreżenta oppożizzjoni kontra din id-deċiżjoni, billi argumenta li ma setax jinżamm responsabbli skont id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi li jittrasponu l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31. |
31 |
Fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ oppożizzjoni, Sony Music talbet, prinċipalment, il-konferma tal-imsemmija deċiżjoni u, sussidjarjament, fil-każ li l-qorti tar-rinviju kellha ma tirrikonoxxix ir-responsabbiltà diretta ta’ T. Mc Fadden, li dan tal-aħħar jiġi kkundannat għall-ħlas ta’ danni abbażi tal-ġurisprudenza Ġermaniża dwar ir-responsabbiltà indiretta (Störerhaftung) tal-operaturi ta’ netwerk wireless lokali, u dan minħabba li ma ħax miżuri ta’ protezzjoni tan-netwerk wireless lokali tiegħu u, għaldaqstant, ippermetta lil terzi jiksru d-drittijiet ta’ Sony Music. |
32 |
Fit-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tindika li hija ttendi li tqis li l-ksur tad-drittijiet ta’ Sony Music twettaq mhux minn T. Mc Fadden personalment, iżda minn utent mhux magħruf tan-netwerk wireless lokali tiegħu. Madankollu, hija tipprevedi li r-responsabbiltà indiretta (Störerhaftung) ta’ T. Mc Fadden tista’ tiġi stabbilita, minħabba li dan tal-aħħar ma pproteġiex in-netwerk li ppermetta t-twettiq ta’ dan il-ksur minn persuna anonima. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk l-eżenzjoni mir-responsabbiltà, prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, li huwa traspost fid-dritt Ġermaniż permezz tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(1) tal-liġi dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi, tipprekludix kwalunkwe forma ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà ta’ T. Mc Fadden. |
33 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht München I (qorti reġjonali I ta’ Munich, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
34 |
Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li tiddetermina jekk servizz, bħal dak ipprovdut mir-rikorrent fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni wireless pubbliku u bla ħlas, jistax jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31. |
35 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jinftiehem li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34, għandux jiġi interpretat fis-sens li servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiġi pprovdut mill-operatur ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni u li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ dan in-netwerk bla ħlas għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, jikkostitwixxi “servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni. |
36 |
Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li la l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 u lanqas l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva ma jinkludu definizzjoni tal-kunċett ta’ “servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni”. Madankollu, dan l-artikolu tal-aħħar jirreferi għal dan il-għan għad-Direttiva 98/34. |
37 |
F’dan ir-rigward, minn naħa, mill-premessi 2 u 19 tad-Direttiva 98/48 jirriżulta li l-kunċett ta’ “servizz” użat fid-Direttiva 98/34 għandu jinftiehem fis-sens li għandu l-istess tifsira bħal dik li tinsab fl-Artikolu 57 TFUE. Issa skont dan l-Artikolu 57, jitqiesu li huma “servizzi”, b’mod partikolari, is-servizzi normalment mogħtija bi ħlas. |
38 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34 jipprovdi li l-kunċett ta’ “servizz tas-Soċjetà ta’ l-Informatika” jinkludi kull servizz normalment ipprovdut għal remunerazzjoni, mill-bogħod b’mezzi elettroniċi u fuq talba individwali ta’ destinatarju ta’ servizzi. |
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni previsti fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 huma biss dawk li normalment jiġu pprovduti għal remunerazzjoni. |
40 |
Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-premessa 18 tad-Direttiva 2000/31 li tiddikjara li, għalkemm is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ma humiex ristretti biss għas-servizzi li jagħtu lok għall-konklużjoni ta’ kuntratti online, iżda jestendu għal servizzi oħra, dan japplika bil-kundizzjoni li dawn is-servizzi jirrappreżentaw attività ekonomika. |
41 |
Madankollu, minn dan ma jistax jiġi dedott li servizz ta’ natura ekonomika li jiġi pprovdut bla ħlas ma jista’ qatt jikkostitwixxi “servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31. Fil-fatt, ir-remunerazzjoni għal servizz ipprovdut minn persuna li tipprovdi servizzi fil-kuntest tal-attività ekonomika tiegħu ma titħallasx neċessarjament mill-persuni li jibbenefikaw minnu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2014, Papasavvas, C‑291/13, EU:C:2014:2209, punti 28 u 29). |
42 |
Dan japplika b’mod partikolari meta servizz ipprovdut bla ħlas jiġi pprovdut minn persuna li tipprovdi servizzi għal skopijiet ta’ reklamar għal oġġetti mibjugħa jew għal servizzi pprovduti minn din il-persuna li tipprovdi servizzi, u l-ispiża ta’ din l-attività tkun għalhekk integrata fil-prezz tal-bejgħ ta’ dawn l-oġġetti jew ta’ dawn is-servizzi (sentenzi tas-26 ta’ April 1988, Bond van Adverteerders et, 352/85, EU:C:1988:196, punt 16 u tal-11 ta’ April 2000, Deliège, C‑51/96 u C‑191/97, EU:C:2000:199, punt 56). |
43 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiġi pprovdut mill-operatur ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni u li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ dan in-netwerk bla ħlas għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, jikkostitwixxi “servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni meta jiġi pprovdut mill-persuna li tipprovdi servizzi kkonċernata għal skopijiet ta’ reklamar għal oġġetti mibjugħa jew għal servizzi pprovduti minn din il-persuna li tipprovdi servizzi. |
Fuq it-tieni u t-tielet domandi
44 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex is-servizz previst f’din id-dispożizzjoni, li jikkonsisti fil-provvista ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, jitqies li ġie pprovdut, dan l-aċċess għandu biss jitqiegħed għad-dispożizzjoni jew jekk għandhomx jiġu ssodisfatti rekwiżiti addizzjonali. |
45 |
B’mod iktar partikolari, il-qorti tar-rinviju tixtieq issir taf jekk, minbarra l-provvista ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, huwiex neċessarju, minn naħa, li teżisti relazzjoni kuntrattwali bejn id-destinatarju u l-persuna li tipprovdi s-servizz u, min-naħa l-oħra, li din tal-aħħar tagħmel reklamar għall-imsemmi servizz. |
46 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/31, intitolat “‘Mere conduit’”, jirriżulta li l-provvista tas-servizz previst f’din id-dispożizzjoni għandu jinvolvi t-trażmissjoni f’netwerk ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni. |
47 |
Barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjoni tipprovdi li l-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista f’din l-istess dispożizzjoni tapplika biss fir-rigward tal-informazzjoni trażmessa. |
48 |
Fl-aħħar nett, mill-premessa 42 tad-Direttiva 2000/31 jirriżulta li l-attività ta’ “‘mere conduit’” hija ta’ natura purament teknika, awtomatika u passiva. |
49 |
Minn dan jirriżulta li l-provvista ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-kuntest ta’ tali proċess tekniku, awtomatiku u passiv li jiżgura l-eżekuzzjoni tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mitluba. |
50 |
Fit-tieni lok, la mid-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2000/31 u lanqas mill-għanijiet li din tal-aħħar tfittex li tilħaq ma jirriżulta li l-provvista ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni għandha tissodisfa rekwiżiti addizzjonali, bħall-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn id-destinatarju u l-persuna li tipprovdi dan is-servizz jew li din tal-aħħar tagħmel użu minn mezzi ta’ reklamar sabiex tippromwovi l-imsemmi servizz. |
51 |
Huwa minnu li jista’ jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/31 jirreferi, fil-verżjoni fformulata bil-Ġermaniż, għall-verb anbieten, li jista’ jinftiehem li jirreferi għall-idea ta’ proposta kuntrattwali u, għalhekk, għal ċerta forma ta’ reklamar. |
52 |
Madankollu, in-neċessità ta’ applikazzjoni u, għaldaqstant, ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni teskludi li, fil-każ ta’ dubju, it-test ta’ dispożizzjoni jitqies separatament f’waħda mill-verżjonijiet tagħha, iżda għall-kuntrarju teżiġi li dan jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi uffiċjali l-oħra (sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2011, Eleftheri tileorasi u Giannikos, C‑52/10, EU:C:2011:374, punt 23). |
53 |
Issa l-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tal-imsemmi Artikolu 2(b), b’mod partikolari dawk bl-Ispanjol, biċ-Ċek, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bil-Pollakk jew bis-Slovakk jużaw verbi li ma jesprimux tali idea ta’ proposta kuntrattwali jew ta’ reklamar. |
54 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni u għat-tielet domandi għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex is-servizz previst f’din id-dispożizzjoni, li jikkonsisti fil-provvista ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, jitqies li ġie pprovdut, dan l-aċċess ma għandux imur lil hinn mill-kuntest tal-proċess tekniku, awtomatiku u passiv li jiżgura l-eżekuzzjoni tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mitluba, filwaqt li ma għandu jiġi ssodisfatt ebda rekwiżit addizzjonali. |
Fuq is-sitt domanda
55 |
Permezz tas-sitt domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva tapplika b’analoġija għall-imsemmi Artikolu 12(1). |
56 |
F’dan ir-rigward, mill-istruttura nfisha tad-Direttiva 2000/31 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jagħmel distinzjoni bejn is-sistemi applikabbli għall-attivitajiet ta’ “‘mere conduit’”, ta’ ħażna ta’ informazzjoni fil-forma li tissejjaħ “caching” u ta’ hosting, peress li dawn l-attivitajiet huma rregolati minn dispożizzjonijiet differenti ta’ din id-direttiva. |
57 |
F’dan il-kuntest, minn paragun tal-Artikolu 12(1), tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 14(1) tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet huma suġġetti għal kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni differenti skont it-tip ta’ attivitajiet ikkonċernat. |
58 |
B’mod partikolari, l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31, intitolat “Hosting”, jipprovdi, b’mod partikolari, li, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà stabbilita minn din id-dispożizzjoni favur il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ hosting ta’ siti internet, dawn tal-aħħar għandhom jaġixxu mingħajr dewmien, malli jsiru konxji minn informazzjoni illegali, sabiex ineħħuha jew iwaqqfu l-aċċess għaliha. |
59 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 ma jissuġġettax l-eżenzjoni mir-responsabbiltà li huwa jipprevedi għall-benefiċċju tal-persuni li jipprovdu aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni għall-osservanza ta’ tali kundizzjoni. |
60 |
Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 100 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sitwazzjonijiet tal-persuna li tipprovdi servizzi ta’ hosting ta’ sit internet, minn naħa, u tal-persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, min-naħa l-oħra, ma humiex simili fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilita mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31. |
61 |
Fil-fatt, mill-premessa 42 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbiliti mill-imsemmija direttiva ġew previsti fid-dawl tal-fatt li l-attivitajiet imwettqa mid-diversi kategoriji ta’ persuni li jipprovdu servizzi previsti, b’mod partikolari mill-persuni li jipprovdu servizzi ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni u mill-persuni li jipprovdu servizzi ta’ hosting ta’ siti internet, huma kollha ta’ natura purament teknika, awtomatika u passiva u li, konsegwentement, dawn il-persuni li jipprovdu servizzi la huma konxji mill-informazzjoni hekk trażmessa jew maħżuna u lanqas ma għandhom kontroll fuqha. |
62 |
Madankollu, is-servizz ipprovdut mill-persuna li tipprovdi servizzi ta’ hosting ta’ sit internet, li jikkonsisti fil-ħażna ta’ informazzjoni, huwa kkaratterizzat mit-tul tiegħu. Konsegwentement, din il-persuna li tipprovdi servizzi ta’ hosting tista’ ssir konxja min-natura illegali ta’ ċerta informazzjoni li hija taħżen f’mument sussegwenti għal dak li fih titwettaq din il-ħażna u meta tkun għadha f’pożizzjoni li tieħu azzjoni intiża sabiex tneħħiha jew twaqqaf l-aċċess għaliha. |
63 |
Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, is-servizz ta’ trasport tal-informazzjoni li hija tipprovdi normalment ma jestendix fiż-żmien, b’mod li, wara li tkun ittrażmettiet informazzjoni, hija ma tkun għad għandha ebda kontroll fuqha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, kuntrarjament għall-persuna li tipprovdi servizzi ta’ hosting ta’ sit internet, sikwit ma tkunx f’pożizzjoni li, f’mument sussegwenti, tieħu azzjonijiet intiżi sabiex ineħħu ċerta informazzjoni jew sabiex iwaqqfu l-aċċess għaliha. |
64 |
Fi kwalunkwe każ, mill-punt 54 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 ma jipprevedi ebda rekwiżit addizzjonali minbarra dak, għas-servizz inkwistjoni, li jiġi pprovdut aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, liema aċċess ma għandux imur lil hinn mill-kuntest tal-proċess tekniku, awtomatiku u passiv li jiżgura l-eżekuzzjoni tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mitluba. |
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għas-sitt domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva ma tapplikax b’analoġija għall-imsemmi Artikolu 12(1). |
Fuq is-seba ’ u t-tmien domandi
66 |
Permezz tas-seba’ u tat-tmien domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u fir-raba’ lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li jeżistu rekwiżiti differenti minn dak imsemmi f’din id-dispożizzjoni, li għalihom hija suġġetta persuna li tipprovdi servizzi ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni. |
67 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, jipprovdi espressament biss rekwiżit wieħed fir-rigward ta’ tali persuna li tipprovdi servizz, jiġifieri li tkun persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni. |
68 |
F’dan ir-rigward, mill-premessa 41 jirriżulta li, meta adotta d-Direttiva 2000/31, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa bilanċ bejn id-diversi interessi inkwistjoni. Minn dan isegwi li din id-direttiva kollha, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) tagħha, għandha titqies li tirrifletti dan il-bilanċ stabbilit mill-imsemmi leġiżlatur. |
69 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tissostitwixxi lilha nfisha għal-leġiżlatur tal-Unjoni billi tissuġġetta l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal kundizzjonijiet li dan il-leġiżlatur ma jipprevedix. |
70 |
Fil-fatt, l-issuġġettar tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għall-osservanza ta’ rekwiżiti li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprevediex espressament jista’ jkollu l-effett li jqiegħed fid-dubju dan il-bilanċ. |
71 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għas-seba’ u għat-tmien domandi għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżistux rekwiżiti oħra, minbarra dak imsemmi f’din id-dispożizzjoni, li għalihom hija suġġetta l-persuna li tipprovdi servizzi ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni. |
Fuq ir-raba ’ domanda
72 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fil-ħames lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li persuna leża minħabba l-ksur tad-drittijiet tagħha fuq xogħol titlob il-projbizzjoni tat-tkomplija ta’ dan il-ksur, kumpens għad-danni u l-ħlas tal-ispejjeż ta’ intimazzjoni u tal-ispejjeż ġudizzjarji kontra persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni li s-servizzi tagħha jkunu ntużaw sabiex jitwettaq dan il-ksur. |
73 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jipprovdu servizz ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni ma jinżammux responsabbli għall-informazzjoni li tkun ġiet trażmessa lilhom mid-destinatarji ta’ dan is-servizz, bit-tripliċi kundizzjoni, stabbilita minn din id-dispożizzjoni, li dawn il-persuni li jipprovdu servizz ma jkunux bdew tali trażmissjoni, li ma jkunux għażlu d-destinatarju ta’ din it-trażmissjoni u li la jkunu għażlu u lanqas ikunu mmodifikaw l-informazzjoni li tinsab fl-imsemmija trażmissjoni. |
74 |
Minn dan isegwi li, meta l-imsemmija kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti, ir-responsabbiltà ta’ persuna li tipprovdi l-aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni ma tiġix stabbilita u, għaldaqstant, fi kwalunkwe każ ikun eskluż li d-detentur ta’ drittijiet tal-awtur ikun jista’ jitlob kumpens għad-danni mingħand din il-persuna li tipprovdi servizzi għar-raġuni li l-konnessjoni ma’ dan in-netwerk tkun intużat minn terzi sabiex jinkisru d-drittijiet tiegħu. |
75 |
Konsegwentement, fi kwalunkwe każ, ikun ukoll eskluż li d-detentur ta’ drittijiet tal-awtur ikun jista’ jitlob ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ intimazzjoni jew tal-ispejjeż ġudizzjarji sostnuti għall-finijiet tat-talba tiegħu għad-danni. Fil-fatt, sabiex tkun fondata, tali talba anċillari tippreżupponi li t-talba prinċipali nfisha tkun fondata, ħaġa li hija pprojbita mill-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31. |
76 |
Madankollu, l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2000/31 jispeċifika li dan l-artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà, għal qorti nazzjonali jew għal awtorità amministrattiva, li teżiġi li persuna li tipprovdi servizzi twaqqaf ksur ta’ drittijiet tal-awtur jew li ma tħallihx isir. |
77 |
Konsegwentement, meta terz ikun wettaq ksur permezz tal-konnessjoni mal-internet li tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tiegħu minn persuna li tipprovdi servizz ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, l-Artikolu 12(1) tal-imsemmija direttiva ma jipprekludix li l-persuna leża minħabba dan il-ksur titlob lil awtorità jew lil qorti nazzjonali li din il-persuna li tipprovdi servizzi tiġi pprojbita milli tippermetti t-tkomplija ta’ dan il-ksur. |
78 |
Konsegwentement, għandu jitqies li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, ikkunsidrat waħdu, lanqas ma jeskludi li din l-istess persuna tkun tista’ titlob ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ intimazzjoni u tal-ispejjeż ġudizzjarji sostnuti fl-okkażjoni ta’ azzjoni legali, bħal dawk imsemmija fil-punti preċedenti. |
79 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li persuna li tkun ġiet leża minħabba l-ksur tad-drittijiet tagħha fuq xogħol tkun tista’ titlob kumpens għad-danni mingħand persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni għar-raġuni li aċċess partikolari pprovdut minnha jkun intuża minn terzi sabiex jinkisru d-drittijiet tal-persuna leża, kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ intimazzjoni jew tal-ispejjeż ġudizzjarji sostnuti għall-finijiet tat-talba tagħha għad-danni. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li din il-persuna leża titlob il-projbizzjoni tat-tkomplija ta’ dan il-ksur, kif ukoll il-ħlas tal-ispejjeż ta’ intimazzjoni u tal-ispejjeż ġudizzjarji kontra persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni li s-servizzi tagħha jkunu ntużaw sabiex jitwettaq dan il-ksur, fil-każ li dawn it-talbiet ikunu intiżi, jew ikunu konsegwenti, għall-adozzjoni ta’ ordni meħuda minn awtorità jew qorti nazzjonali li tipprojbixxi lil din il-persuna li tipprovdi servizzi milli tippermetti t-tkomplija tal-imsemmi ksur. |
Fuq il-ħames, id-disa ’ u l-għaxar domandi
80 |
Permezz tal-ħames, tad-disa’ u tal-għaxar domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u fis-sitt lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 12(3) ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tar-regoli previsti mid-Direttivi 2001/29 u 2004/48, fis-sens li jipprekludi l-adozzjoni ta’ ordni li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżiġi li persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni li jippermetti lill-pubbliku jaqbad mal-internet, taħt piena ta’ penalità, timpedixxi lil terzi milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ din il-konnessjoni mal-internet, xogħol partikolari jew partijiet minnu protetti mid-drittijiet tal-awtur, fuq pjattaforma ta’ skambju fuq l-internet (peer-to-peer), meta din il-persuna li tipprovdi servizzi jkollha tabilħaqq l-għażla tal-miżuri tekniċi li għandha tadotta sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-ordni, iżda jkun diġà ġie stabbilit li l-uniċi miżuri li din tal-aħħar tista’ tadotta jikkonsistu jew fis-sospensjoni tal-konnessjoni mal-internet jew fil-protezzjoni tagħha permezz ta’ password jew fl-eżami tal-informazzjoni kollha trażmessa permezz ta’ din il-konnessjoni. |
81 |
Preliminarjament, huwa paċifiku li sa fejn ordni, bħal dik prevista mill-qorti tar-rinviju fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżiġi li persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni kkonċernat timpedixxi r-repetizzjoni ta’ ksur ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur, hija taqa’ taħt il-protezzjoni tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali previst fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
82 |
Barra minn hekk, sa fejn, minn naħa, l-imsemmija ordni timponi fuq l-imsemmija persuna li tipprovdi aċċess obbligu li jista’ jaffettwa l-attività ekonomika tagħha u sa fejn, min-naħa l-oħra, hija tista’ tillimita l-libertà li għandhom id-destinatarji ta’ tali servizz li jibbenefikaw minn aċċess għall-internet, għandu jiġi kkonstatat li hija tikser id-dritt għal-libertà tal-intrapriża tal-persuna li tipprovdi tali aċċess, protett permezz tal-Artikolu 16 tal-Karta, kif ukoll id-dritt għal-libertà tal-informazzjoni tal-imsemmija destinatarji, li l-protezzjoni tiegħu huwa żgurat mill-Artikolu 11 tal-Karta. |
83 |
Issa meta diversi drittijiet fundamentali protetti mid-dritt tal-Unjoni jkunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin, l-awtoritajiet jew il-qorti nazzjonali kkonċernata għandhom jiżguraw li jiġi ggarantit bilanċ ġust bejn dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-29 ta’ Jannar 2008, Promusicae, C‑275/06, EU:C:2008:54, punti 68 u 70). |
84 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ordni li tħalli f’idejn persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni l-obbligu li tiddetermina l-miżuri konkreti li għandhom jittieħdu sabiex jinkiseb ir-riżultat imfittex tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, twassal għal dan il-bilanċ ġust (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta’ Marzu 2014, UPC Telekabel Wien, C‑314/12, EU:C:2014:192, punti 62 u 63). |
85 |
F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju titlaq mill-ipoteżi li l-miżuri li jista’ jadotta fil-prattika d-destinatarju ta’ ordni huma limitati għal tlieta, jiġifieri l-eżami tal-informazzjoni kollha trażmessa permezz ta’ konnessjoni mal-internet, il-waqfien ta’ din il-konnessjoni, jew il-protezzjoni tagħha permezz ta’ password. |
86 |
Għalhekk huwa biss abbażi ta’ dawn it-tliet miżuri previsti mill-qorti tar-rinviju li l-Qorti tal-Ġustizzja ser teżamina l-kompatibbiltà tal-ordni prevista mad-dritt tal-Unjoni. |
87 |
F’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, is-sorveljanza tal-informazzjoni kollha trażmessa, tali miżura għandha tiġi eskluża mill-bidu nett, għaliex tmur kontra l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31 li jipprojbixxi li jiġi impost, b’mod partikolari fuq il-persuni li jipprovdu aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, obbligu ġenerali ta’ sorveljanza tal-informazzjoni li huma jittrażmettu. |
88 |
F’dak li jirrigwarda, it-tieni nett, il-miżura li tikkonsisti fil-waqfien komplet tal-konnessjoni mal-internet, għandu jiġi kkonstatat li l-implementazzjoni tagħha twassal għal ksur serju tal-libertà tal-intrapriża tal-persuna li, anki jekk fuq bażi anċillari biss, twettaq attività ekonomika li tikkonsisti fil-provvista ta’ aċċess għall-internet, billi hija tiġi pprojbita kompletament, de facto, milli twettaq din l-attività sabiex jiġi rrimedjat ksur limitat tad-drittijiet tal-awtur mingħajr ma tiġi prevista l-adozzjoni ta’ miżuri inqas restrittivi ta’ din il-libertà. |
89 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali miżura għandha titqies li ma tosservax ir-rekwiżit li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali li għandhom jiġu rrikonċiljati (ara, f’dan is-sens, fir-rigward ta’ ordni, is-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2011, Scarlet Extended, C‑70/10, EU:C:2011:771, punt 49, kif ukoll, b’analoġija, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2015, Coty Germany, C‑580/13, EU:C:2015:485, punti 35 u 41). |
90 |
F’dak li jirrigwarda, it-tielet nett, il-miżura li tikkonsisti fil-protezzjoni tal-konnessjoni mal-internet permezz ta’ password, għandu jiġi rrilevat li din il-miżura tista’ tirrestrinġi kemm id-dritt għal-libertà tal-intrapriża tal-persuna li tipprovdi servizz ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni kif ukoll id-dritt għal-libertà tal-informazzjoni tad-destinatarji ta’ dan is-servizz. |
91 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li tali miżura ma tippreġudikax il-kontenut essenzjali tad-dritt għal-libertà tal-intrapriża tal-persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, peress li hija limitata għall-aġġustament, b’mod marġinali, ta’ waħda mill-modalitajiet tekniċi ta’ eżerċizzju tal-attività ta’ din il-persuna li tipprovdi servizzi. |
92 |
Fit-tieni lok, ma jidhirx li miżura li tikkonsisti fil-protezzjoni tal-konnessjoni mal-internet hija ta’ natura li tippreġudika l-kontenut essenzjali tad-dritt għal-libertà tal-informazzjoni tad-destinatarji ta’ servizz ta’ aċċess għal netwerk tal-internet, sa fejn teżiġi biss minn dawn tal-aħħar li jitolbu li jiksbu password, meta jitqies, barra minn hekk, li din il-konnessjoni tikkostitwixxi biss wieħed minn diversi mezzi sabiex wieħed jaċċedi għall-internet. |
93 |
Fit-tielet lok, huwa minnu li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-miżura adottata għandha tkun immirata b’mod strett, fis-sens li għandha sservi biex ittemm il-ksur, magħmul minn terz, tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati mingħajr ma l-possibbiltà għall-utenti tal-internet, li jużaw is-servizzi ta’ din il-persuna li tipprovdi servizzi, li jkollhom aċċess b’mod leġittimu għal informazzjoni, tisfa’ affettwata. Fin-nuqqas ta’ dan, l-interferenza tal-imsemmija persuna li tipprovdi servizzi fil-libertà tal-informazzjoni tal-imsemmija utenti ma tkunx iġġustifikata fid-dawl tal-għan imfittex (sentenza tas-27 ta’ Marzu 2014, UPC Telekabel Wien, C‑314/12, EU:C:2014:192, punt 56). |
94 |
Madankollu, ma jidhirx li miżura adottata minn persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, li tikkonsisti fil-protezzjoni tal-konnessjoni ta’ dan in-netwerk mal-internet, tista’ taffettwa l-possibbiltà li għandhom l-utenti tal-internet li jużaw is-servizzi ta’ din il-persuna li jaċċedu għal informazzjoni b’mod leġittimu, peress li ma tinvolvi ebda mblukkar ta’ sit internet. |
95 |
Fir-raba’ lok, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-miżuri li jittieħdu mid-destinatarju ta’ ordni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta din tiġi implementata, għandhom ikunu effikaċi biżżejjed sabiex jiggarantixxu protezzjoni effettiva tad-dritt fundamentali inkwistjoni, jiġifieri għandu jkollhom l-effett li jimpedixxu jew, tal-inqas, li jirrendu diffiċli t-twettiq tal-konsultazzjonijiet mhux awtorizzati tal-oġġetti protetti u li jiskoraġġixxu serjament lill-utenti tal-internet li jużaw is-servizzi tad-destinatarju ta’ din l-ordni milli jikkonsultaw dawn l-oġġetti mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom bi ksur tal-imsemmi dritt fundamentali (sentenza tas-27 ta’ Marzu 2014, UPC Telekabel Wien, C‑314/12, EU:C:2014:192, punt 62). |
96 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li miżura li tikkonsisti fil-protezzjoni tal-konnessjoni mal-internet permezz ta’ password tista’ tiddisswadi lill-utenti ta’ din il-konnessjoni milli jiksru drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, sakemm dawn l-utenti jkunu obbligati jiżvelaw l-identità tagħhom sabiex jiksbu l-password meħtieġa u għalhekk ma jkunux jistgħu jaġixxu b’mod anonimu, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
97 |
Fil-ħames lok, għandu jitfakkar li, skont il-qorti tar-rinviju, minbarra t-tliet miżuri msemmija minnha, ma teżisti ebda miżura oħra li persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ timplementa fil-prattika sabiex tikkonforma ruħha ma’ ordni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
98 |
Peress li ż-żewġ miżuri l-oħra ġew esklużi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk jitqies li persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni ma għandhiex tipproteġi l-konnessjoni tagħha mal-internet, dan iwassal sabiex id-dritt fundamentali għall-proprjetà intellettwali jiċċaħħad minn kull protezzjoni, ħaġa li tmur kontra l-idea ta’ bilanċ ġust (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-6 ta’ Lulju 2015, Coty Germany, C‑580/13, EU:C:2015:485, punti 37 u 38). |
99 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, miżura intiża sabiex tipproteġi l-konnessjoni mal-internet permezz ta’ password għandha titqies li hija neċessarja sabiex tiżgura protezzjoni effettiva tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. |
100 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi speċifikati f’din is-sentenza, il-miżura li tikkonsisti fil-protezzjoni tal-konnessjoni għandha titqies li tista’ toħloq bilanċ ġust bejn, minn naħa, id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u, min-naħa l-oħra, id-dritt għal-libertà tal-intrapriża tal-persuna li tipprovdi servizz ta’ aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni kif ukoll id-dritt għal-libertà tal-informazzjoni tad-destinatarji ta’ dan is-servizz. |
101 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħames, għad-disa’ u għall-għaxar domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 12(3) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif ukoll tar-regoli previsti mid-Direttivi 2001/29 u 2004/48, fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, l-adozzjoni ta’ ordni li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżiġi li persuna li tipprovdi aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni li jippermetti lill-pubbliku jaqbad mal-internet, taħt piena ta’ penalità, timpedixxi lil terzi milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ din il-konnessjoni mal-internet, xogħol partikolari jew partijiet minnu protetti mid-drittijiet tal-awtur, fuq pjattaforma ta’ skambju fuq l-internet (peer-to-peer), meta din il-persuna li tipprovdi servizzi jkollha l-għażla tal-miżuri tekniċi li għandha tadotta sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-ordni, anki jekk din l-għażla tkun limitata biss għall-miżura li tikkonsisti fil-protezzjoni tal-konnessjoni mal-internet permezz ta’ password, sakemm l-utenti ta’ dan in-netwerk ikunu obbligati jiżvelaw l-identità tagħhom sabiex jiksbu l-password meħtieġa u għalhekk ma jkunux jistgħu jaġixxu b’mod anonimu, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
Fuq l-ispejjeż
102 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.