Kawża C‑463/14

Asparuhovo Lake Investment Company OOD

vs

Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 24(1), 25(b), 62 u 64(1) — Kunċett ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ — Kuntratt ta’ abbonament għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza — Fatt taxxabbli — Neċessità tal-prova tal-provvista effettiva tas-servizzi — Eżiġibbiltà tat-taxxa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Provvista ta’ servizzi – Kunċett – Kuntratti ta’ abbonament għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza – Fornitur li jqiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-abbonat matul it-tul tal-kuntratt – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 24(1))

  3. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tat-taxxa – Kuntratti ta’ abbonament għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza – Fornitur li jqiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-abbonat matul it-tul tal-kuntratt – Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà fl-aħħar ta’ kull perijodu li fir-rigward tiegħu għandu jsir il-ħlas miftiehem

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 62(2), 63 u 64(1))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 29)

  2.  L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” jkopri kuntratti ta’ abbonamenti għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza lil impriża, b’mod partikolari ta’ natura ġuridika, kummerċjali u finanzjarja, li fil-kuntest tagħhom il-fornitur ikun qiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-abbonat matul it-tul tal-kuntratt.

    Fil-fatt, il-valur taxxabbli ta’ provvista ta’ servizzi huwa kkostitwit minn dak kollu li jiġi riċevut bħala korrispettiv għas-servizz ipprovdut u li provvista ta’ servizzi hija taxxabbli biss meta teżisti rabta diretta bejn is-servizz ipprovdut u l-korrispettiv riċevut. Meta l-provvista ta’ servizzi inkwistjoni tkun ikkaratterizzata, b’mod partikolari, mid-disponibbiltà permanenti tal-fornitur ta’ servizzi sabiex jipprovdi, fil-mument meħtieġ, is-servizzi mitluba mill-abbonat, ma huwiex neċessarju, sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn l-imsemmija provvista u l-korrispettiv miksub, li jiġi stabbilit li ħlas huwa marbut ma’ provvista ppersonalizzata u fil-ħin imwettqa fuq talba ta’ abbonat. Iċ-ċirkustanza li l-provvisti la huma ddefiniti minn qabel u lanqas ippersonalizzati u li l-ħlas isir fil-forma ta’ somma f’daqqa ma hijiex ta’ natura li taffettwa r-rabta diretta eżistenti bejn il-provvista ta’ servizzi mwettqa u l-korrispettiv riċevut, li l-ammont tiegħu huwa stabbilit minn qabel u skont kriterji stabbiliti sew.

    (ara l-punti 35, 38, 39, 43 u d-dispożittiv 1)

  3.  Fir-rigward ta’ kuntratti ta’ abbonament li jirrigwardaw servizzi ta’ konsulenza li fil-kuntest tagħhom il-fornitur ikun qiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-abbonat matul it-tul tal-kuntratt, l-Artikoli 62(2), 63 u 64(1) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa jseħħu fl-iskadenza tal-perijodu li fir-rigward tiegħu jkun inftiehem il-ħlas, irrispettivament minn jekk u minn kemm il-darba l-abbonat effettivament ibbenefika mis-servizzi tal-fornitur.

    Fil-fatt, provvista li tikkonsisti fl-impenn li persuna tqiegħed lilha nnifisha għad-dispożizzjoni tal-klijent tagħha sabiex tipprovdilu servizzi ta’ konsulenza u li tiġi rremunerata permezz ta’ somom f’daqqa mħallsa perjodikament, għandha titqies li hija mwettqa matul il-perijodu li fir-rigward tiegħu għandu jsir il-ħlas, irrispettivament mill-fatt jekk il-fornitur ikunx effettivament ta jew le pariri lill-klijent tiegħu matul dan il-perijodu. Huwa fl-aħħar ta’ kull perijodu li fir-rigward tiegħu għandhom isiru l-ħlasijiet li l-provvista għandha titqies li hija mwettqa, fis-sens tal-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112.

    (ara l-punti 49-51 u d-dispożittiv 2)