Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta ’ Frar 2016 – Il‑Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑454/14) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/31/KE — Artikolu 14 — Rimi ta’ skart f’landfill — Nuqqas ta’ konformità tal-landfills eżistenti — Proċedura ta’ għeluq u ta’ ġestjoni wara għeluq”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Suġġett tat-tilwima — Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża — Tkabbir sussegwenti — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 25)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Arikolu 258 TFUE) (ara l-punt 39)

3. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni — Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Konfutazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru inkwistjoni (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 40)

4. 

Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 45)

Dispożittiv

1) 

Billi ma adottax, għal kull waħda mil-landfills inkwistjoni, jiġifieri dawk ta’ Ortuella (il-Pajjiż Bask), ta’ Zurita u ta’ Juan Grande (il-Gżejjer Kanarji), il-miżuri neċessarji sabiex jitlob lill-operatur jistabbilixxi pjan ta’ kondizzjonament u li jiżgura l-implementazzjoni kollha ta’ dan il-pjan konformement mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, bl-eċċezzjoni ta’ dawk elenkati fl-Anness I, punt 1 ta’ din id-direttiva, f’terminu ta’ tmien snin wara d-data stabbilita fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, ir-Renju ta’ Spanja naqas, għal kull waħda minn dawn il-landfills, milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(ċ) ta’ din l-istess direttiva.

2) 

Billi ma adottax, għal kull waħda mil-landfills inkwistjoni, jiġifieri dawk ta’ Vélez Rubio (Almería), ta’ Alcolea de Cinca (Huesca), ta’ Sariñena (Huesca), ta’ Tamarite de Litera (Huesca), ta’ Somontano – Barbastro (Huesca), ta’ Barranco de Sedases (Fraga, Huesca), ta’ Barranco Seco (Puntallana, La Palma), ta’ Jumilla (Murcia), ta’ Legazpia (Gipuzkoa), ta’ Sierra Valleja (Arcos de la Frontera, Cádiz), ta’ Carretera Pantano del Rumblar (Baños de la Encina, Jaén), ta’ Barranco de la Cueva (Bélmez de la Moraleda, Jaén), ta’ Cerrajón (Castillo de Locubín, Jaén), ta’ Las Canteras (Jimena y Bedmar, Jaén), ta’ Hoya del Pino (Siles, Jaén), ta’ Bellavista (Finca El Coronel, Alcalá de Guadaira, Sevilla), ta’ El Patarín (Alcalá de Guadaira, Sevilla), ta’ Carretera de Arahal-Morón de la Frontera (Arahal, Sevilla), ta’ Carretera de Almadén de la Plata (Cazalla de la Sierra, Sevilla), ta’ El Chaparral (Écija, Sevilla), ta’ Carretera A-92, KM 57,5 (Morón de la Frontera, Sevilla), ta’ Carretera 3118 Fuente Leona – Cumbres mayores (Colina Barragona, Huelva), ta’ Llanos del Campo (Grazalema – Benamahoma, Cádiz), ta’ Andrada Baja (Alcalá de Guadaira, Sevilla), ta’ Carretera de Los Villares (Andújar, Jaén), ta’ La Chacona (Cabra, Córdoba) u ta’ El Chaparral – La Sombrerera (Puerto Serrano, Cádiz), il-miżuri neċessarji sabiex jingħalqu malajr kemm jista’ jkun, skont il-punt (g) taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, siti li ma kisbux, skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni li jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, għal kull waħda minn dawn il-landfills, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(b) ta’ din id-direttiva.

3) 

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 )   ĠU C 448, 15.12.2014.