Kawża C‑383/14

Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

vs

Sodiaal International SA

[talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d’État (Franza)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Irkupru ta’ għajnuna Komunitarja — Sanzjoni amministrattiva — Miżura amministrattiva — Terminu ta’ preskrizzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

  2. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni kontra l-irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni – Applikabbiltà kemm għall-irregolaritajiet punibbli permezz ta’ sanzjoni amministrattiva kif ukoll għal dawk punibbli permezz ta’ miżura amministrattiva

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 3(1) sa (3), 4 u 5)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 27)

  2.  Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preskrizzjoni li huwa jipprovdi tapplika mhux biss għal proċeduri legali kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-proċeduri legali li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. Din l-interpretazzjoni hija bla ħsara għall-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95 skont liema l-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-possibbiltà li japplikaw terminu itwal minn dak previst rispettivament fil-paragrafi 1 u 2 tal-imsemmi Artikolu 3.

    (ara l-punti 32, 33 u d-dispożittiv)