Kawża C‑376/14 PPU

C

vs

M

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Żamma illegali — Residenza abitwali tal-minuri”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 2201/2003 – Talba għar-ritorn ta’ minuri – Tneħħija tal-minuri li seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini – Obbligu għall-qorti adita b’talba għar-ritorn tal-minuri li tivverifika r-residenza abitwali ta’ dan tal-aħħar immedjatament qabel l-allegata żamma illegali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 2(11) u 11)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 2201/2003 – Kunċett ta’ “residenza abitwali” tal-minuri – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Tneħħija tal-minuri li seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini – Evalwazzjoni mill-qorti tal-Istat Membru ta’ tneħħija tal-minuri, adita b’talba għar-ritorn, taċ-ċirkustanzi fattwali speċifiċi kollha

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 2(11), 8, 10 u 11)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 2201/2003 – Tneħħija tal-minuri li seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini – Minuri li jkun għad għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-imsemmi Stat Membru immedjatament qabel iż-żamma tiegħu – Żamma illegali – Minuri li ma jkunx għad għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel iż-żamma – Deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn li għandha tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 11)

  1.  L-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn tal-minuri, għandha tivverifika, billi twettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni, jekk il-minuri kinitx għadha residenti abitwalment fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegata żamma illegali. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ġudizzjarja li awtorizzat it-tneħħija setgħet tiġi eżegwita provviżorjament u li ġiet appellata.

    Fil-fatt, skont id-definizzjoni tat-tneħħija jew taż-żamma illegali mogħtija fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament Nru 2201/2003, li t-termini tagħha huma simili ħafna għal dawk tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, sabiex it-tneħħija jew iż-żamma titqies li hija illegali fis-sens tar-Regolament, din għandha tkun seħħet bi ksur ta’ dritt ta’ kustodja li jirriżulta minn deċiżjoni ġudizzjarja, mill-operat tal-liġi jew minn ftehim fis-seħħ, bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru li fih il-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma tagħha. Minn din id-definizzjoni jirriżulta li l-eżistenza ta’ tneħħija jew ta’ żamma illegali fis-sens tal-Artikolu 2(11) tal-imsemmi regolament tippresupponi li l-minuri kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma illegali tagħha u tirriżulta mill-ksur tad-dritt ta’ kustodja mogħti skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru.

    Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw meta d-detentur tal-kustodja jitlob lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jagħtu deċiżjoni abbażi tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 bil-għan li jikseb ir-ritorn ta’ minuri li jkun tneħħa jew inżamm illegalment fi “Stat Membru barra dak li huwa l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta [illegali]”. Minn dan isegwi li dan ma huwiex il-każ jekk il-minuri ma kellux ir-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma tiegħu. Għaldaqstant, kemm mill-Artikolu 2(11) kif ukoll mill-Artikolu 11(1) tal-imsemmi regolament jirriżulta li dan l-artikolu tal-aħħar jista’ japplika biss, għall-finijiet li tintlaqa’ t-talba għar-ritorn, jekk il-minuri kellu, immedjatament qabel l-allegata żamma illegali, ir-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ta’ oriġini.

    (ara l-punti 46‑49, 57 u d-dispożittiv 1)

  2.  F’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ “residenza abitwali” fis-sens tal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, it-tifsira u l-portata ta’ dan il-kunċett għandhom jiġu ddeterminati, b’mod partikolari, skont l-għan li jirriżulta mill-premessa 12 tal-imsemmi regolament, li skontha r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti minnu huma fformati fid-dawl tal-aħjar interessi tal-minuri u, b’mod partikolari, tal-kriterju tal-qrubija.

    Barra minn hekk, ir-residenza abitwali tal-minuri għandha tiġi stabbilita mill-qorti nazzjonali billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha speċifiċi għal kull każ inkwistjoni. F’dan ir-rigward, minbarra l-preżenza fiżika tal-minuri fi Stat Membru, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra li jistgħu juru li din il-preżenza bl-ebda mod ma hija ta’ natura temporanja jew okkażjonali u li r-residenza tal-minuri tikkorrispondi għall-post li jirrifletti ċerta integrazzjoni f’ambjent soċjali u familjari.

    Għal dan l-iskop, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, it-tul, ir-regolarità, il-kundizzjonijiet u r-raġunijiet tas-soġġorn fit-territorju ta’ Stat Membru u tat-trasferiment tal-familja f’dan l-Istat, in-nazzjonalità tal-minuri, il-post u l-kundizzjonijiet ta’ tagħlim, il-konoxxenzi lingwistiċi u r-relazzjonijiet familjari u soċjali tal-minuri fl-imsemmi Stat. L-intenzjoni tal-ġenituri jew ta’ wieħed minnhom li jistabbilixxu ruħhom mal-minuri fi Stat Membru ieħor, espressa permezz ta’ ċerti miżuri tanġibbli bħall-akkwist jew il-kiri ta’ akkomodazzjoni f’dan l-Istat Membru, tista’ tikkostitwixxi indizju tat-trasferiment tar-residenza abitwali tal-minuri.

    Barra minn hekk, it-tul tas-soġġorn jista’ jservi biss bħala indizju fil-kuntest tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali kollha speċifiċi għall-każ.

    Il-kunċett ta’ “residenza abitwali” tal-minuri li jinsab fl-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jistax ikollu kontenut differenti mill-kunċett ta’ “residenza abitwali” li jinsab fl-Artikoli 8 u 10 tal-imsemmi regolament. Għaldaqstant, hija l-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, u l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2201/2003, li għandha tivverifika jekk il-minuri kellhiex ir-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegati tneħħija jew żamma illegali, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha speċifiċi għall-każ inkwistjoni u billi ssegwi l-kriterji ta’ evalwazzjoni ċċitati iktar ’il fuq.

    Meta jiġu eżaminati, b’mod partikolari, ir-raġunijiet għas-soġġorn tal-minuri fl-Istat Membru li lejh tneħħiet u l-intenzjoni tal-ġenitur li ħadha hemmhekk, huwa importanti li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ġudizzjarja li awtorizzat it-tneħħija setgħet tiġi eżegwita provviżorjament u li ġiet appellata. Fil-fatt, dawn l-elementi ma jimmilitawx favur konstatazzjoni ta’ trasferiment tar-residenza abitwali tal-minuri.

    Fid-dawl tan-neċessità li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri, dawn l-elementi għandhom jiġu bbilanċjati, fil-kuntest tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi kollha, ma’ elementi fattwali oħra li jistgħu juru ċerta integrazzjoni tal-minuri f’ambjent soċjali u familjari minn meta tneħħiet, b’mod partikolari, iż-żmien li għadda bejn din it-tneħħija u d-deċiżjoni ġudizzjarja li annullat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza u li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini. Min-naħa l-oħra, iż-żmien li għadda minn din id-deċiżjoni fl-ebda każ ma jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni.

    (ara l-punti 50‑56)

  3.  Ir-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, in-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri f’dan l-Istat Membru wara din it-tieni deċiżjoni huwa illegali u l-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament ikun applikabbli jekk jiġi kkunsidrat li l-minuri kien għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-imsemmi Stat Membru immedjatament qabel din iż-żamma.

    Jekk, għall-kuntrarju, jiġi kkunsidrat li, dak iż-żmien, il-minuri ma kienx għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn ibbażata fuq din id-dispożizzjoni tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tal-istess regolament dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor.

    F’dan ir-rigward, il-fatt li r-residenza abitwali tal-minuri setgħet inbidlet wara deċiżjoni tal-ewwel istanza, fil-mori tal-proċedura ta’ appell, u li, jekk ikun il-każ, dan it-tibdil ġie kkonstatat mill-qorti adita b’talba għar-ritorn ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, u l-Artikolu 11 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq ma jistax jikkostitwixxi element li jista’ jibbaża ruħu fuqu l-ġenitur li jżomm minuri bi ksur ta’ dritt ta’ kustodja sabiex itawwal is-sitwazzjoni fattwali maħluqa mill-aġir illegali tiegħu u sabiex jopponi għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru ta’ oriġini fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, li hija eżegwibbli hemmhekk u li ġiet innotifikata.

    Fil-fatt, li kieku kellu jitqies li l-konstatazzjoni tat-tibdil fir-residenza abitwali tal-minuri magħmula mill-qorti adita b’tali talba tippermetti li tittawwal din is-sitwazzjoni fattwali u li tiġi ostakolata l-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni, dan jikkostitwixxi evażjoni tal-mekkaniżmu stabbilit mit-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003 u jċaħħad lil dan il-mekkaniżmu mis-sinjifikat tiegħu.

    Bl-istess mod, il-preżentata ta’ appell minn tali deċiżjoni mogħtija mill-Istat Membru ta’ oriġini fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma jistax ikollha effett fuq l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    (ara l-punti 67‑69 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑376/14 PPU

C

vs

M

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Żamma illegali — Residenza abitwali tal-minuri”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Talba għar-ritorn ta’ minuri — Tneħħija tal-minuri li seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini — Obbligu għall-qorti adita b’talba għar-ritorn tal-minuri li tivverifika r-residenza abitwali ta’ dan tal-aħħar immedjatament qabel l-allegata żamma illegali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 2(11) u 11)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Kunċett ta’ “residenza abitwali” tal-minuri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Tneħħija tal-minuri li seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini — Evalwazzjoni mill-qorti tal-Istat Membru ta’ tneħħija tal-minuri, adita b’talba għar-ritorn, taċ-ċirkustanzi fattwali speċifiċi kollha

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 2(11), 8, 10 u 11)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Tneħħija tal-minuri li seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fl-Istat Membru ta’ oriġini — Minuri li jkun għad għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-imsemmi Stat Membru immedjatament qabel iż-żamma tiegħu — Żamma illegali — Minuri li ma jkunx għad għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel iż-żamma — Deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn li għandha tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor