Kawża C‑317/14
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Renju tal-Belġju
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 45 TFUE — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Moviment liberu tal-ħaddiema — Aċċess għall-impjiegi — Servizz pubbliku lokali — Konoxxenzi lingwistiċi — Modalità ta’ prova”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015
Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Aċċess għall-impjiegi – Servizz pubbliku lokali – Rekwiżit ta’ konoxxenzi lingwistiċi – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi l-prova ta’ tali konoxxenzi permezz ta’ ċertifikat maħruġ esklużivament minn organu wieħed uffiċjali tal-Istat Membru wara eżami organizzat minn dan l-organu fit-territorju tal-istess Stat Membru – Natura sproporzjonata ta’ din il-leġiżlazzjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
(Artikolu 45 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 492/2011)
Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà
(Artikolu 258 TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata
(Artikolu 258 TFUE)
Billi rrikjeda mill-kandidati għall-pożizzjonijiet fid-dipartimenti lokali stabbiliti f’ċerti reġjuni lingwistiċi, li fir-rigward tagħhom ma jkunx jirriżulta mid-diplomi jew miċ-ċertifikati rikjesti li huma segwew it-tagħlim bil-lingwa kkonċernata, li huma jipproduċu l-prova tal-konoxxenzi lingwistiċi tagħhom permezz ta’ tip wieħed ta’ ċertifikat, maħruġ esklużivament minn organu uffiċjali tal-Istat Membru wara eżami organizzat minn dan l-organu fit-territorju tal-istess Stat Membru, l-imsemmi Stat Membru naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 45 TFUE u r-Regolament Nru 492/2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.
Fil-fatt, tali rekwiżit jidher, fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, sproporzjonat inkonnessjoni mal-għan ta’ evalwazzjoni tal-konoxxenzi lingwistiċi tal-imsemmija kandidati. Minn naħa, dan ir-rekwiżit jeskludi kull teħid inkunsiderazzjoni tal-grad ta’ konoxxenzi li diploma miksuba fi Stat Membru ieħor, fir-rigward tan-natura u t-tul tal-istudji li din tixhed it-tlestija tagħhom, tippermetti li jiġi preżunt fir-rigward tad-detentur tagħha. Min-naħa l-oħra, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tisforza lill-persuni kkonċernati residenti fi Stati Membri oħra, jiġifieri, fil-maġġoranza ċittadini ta’ dawn l-Istati, sabiex jidħlu fit-territorju nazzjonali unikament sabiex il-konoxxenzi tagħhom jiġu evalwati fil-kuntest ta’ eżami indispensabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikat rikjest għall-preżentazzjoni tal-kandidatura tagħhom. Il-piżijiet addizzjonali li timplika tali sfurzar huma ta’ natura li jirrendu iktar diffiċli l-aċċess għall-impjiegi inkwistjoni.
(ara l-punti 28, 29, 31, 35 u d-dispożittiv 1)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 33)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 34)
Kawża C‑317/14
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Renju tal-Belġju
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 45 TFUE — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Moviment liberu tal-ħaddiema — Aċċess għall-impjiegi — Servizz pubbliku lokali — Konoxxenzi lingwistiċi — Modalità ta’ prova”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015
Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Aċċess għall-impjiegi — Servizz pubbliku lokali — Rekwiżit ta’ konoxxenzi lingwistiċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi l-prova ta’ tali konoxxenzi permezz ta’ ċertifikat maħruġ esklużivament minn organu wieħed uffiċjali tal-Istat Membru wara eżami organizzat minn dan l-organu fit-territorju tal-istess Stat Membru — Natura sproporzjonata ta’ din il-leġiżlazzjoni — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
(Artikolu 45 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 492/2011)
Stati Membri — Obbligi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà
(Artikolu 258 TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata