Kawża C‑146/14 PPU

Bashir Mohamed Ali Mahdi

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad)

“Viżi, ażil, immigrazzjoni u politika oħra marbuta mal-moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment — Artikolu 15 — Detenzjoni — Estensjoni tad-detenzjoni — Obbligi tal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja — Stħarriġ ġudizzjarju — Assenza ta’ dokumenti ta’ identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz — Ostakoli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija — Rifjut tal-ambaxxata tal-pajjiż terz ikkonċernat li toħroġ dokument ta’ identità li jippermetti r-ritorn ta’ ċittadin ta’ dan il-pajjiż — Riskju ta’ ħarba — Prospett raġonevoli ta’ tneħħija — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Eventwali obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ dokument temporanju dwar l-istatus tal-persuna”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – –Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Eventwali estensjoni tad-detenzjoni – Deċiżjoni adottata wara l-perijodu massimu ta’ detenzjoni inizjali – Deċiżjoni li għandha tkun fil-forma ta’ att bil-miktub li jinkludi r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 6 u 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(2), (3), (5) u (6))

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Reviżjoni f’intervalli raġonevoli tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni – Modalitajiet proċedurali mhux previsti mid-dritt tal-Unjoni – Kompetenzi tal-Istati membri

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(3))

  3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Eventwali estensjoni tad-detenzjoni – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-awtorità ġudizzjarja li quddiemha titressaq talba għall-estensjoni tad-detenzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(3) u (6))

  4. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-estensjoni tad-detenzjoni biss minħabba assenza ta’ dokumenti ta’ identità – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(1) u (6))

  5. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Eventwali estensjoni tad-detenzjoni – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Kunċett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(6)(a))

  6. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr dokumenti tal-identità u rrilaxxat mill-qorti nazzjonali minħabba li ma kienx jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija – Obbligu li jinħareġ permess ta’ residenza jew awtorizzazzjoni li tagħti dritt ta’ residenza – Assenza – Obbligu li tinħareġ konferma bil-miktub dwar is-sitwazzjoni tal-imsemmi ċittadin

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(4))

  1.  L-Artikolu 15(3) u (6) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri fid-dawl tal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li kull deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti, wara l-perijodu massimu ta’ detenzjoni inizjali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, dwar x’għandu jsir wara din id-detenzjoni għandha tkun fil-forma ta’ att bil-miktub li jinkludi r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni.

    Fil-fatt, l-unika rekwiżit previst espliċitament fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115 f’dak li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ att bil-miktub huwa dak stipulat fl-Artikolu 15(2), jiġifieri li d-detenzjoni għandha tiġi ordnata bil-miktub billi jiġu indikati r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi. Dan ir-rekwiżit li tiġi adottata deċiżjoni bil-miktub għandu neċessarjament jinftiehem bħala li japplika wkoll għal kull deċiżjoni dwar l-estensjoni tad-detenzjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva ma jeżiġux l-adozzjoni ta’ att bil-miktub dwar ir-reviżjonijiet periodiċi. L-awtoritajiet li f’intervalli raġonevoli jwettqu reviżjoni tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tal-imsemmija direttiva, ma humiex għalhekk obbligati li jadottaw, f’kull reviżjoni, att espliċitu bil-miktub li jinkludi espożizzjoni tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jimmotivaw dan l-att.

    Wara dan, jekk l-awtorità li quddiemha titressaq proċedura ta’ reviżjoni wara l-perijodu massimu ta’ detenzjoni inizjali awtorizzat mill-Artikolu 15(5) ta’ din l-istess direttiva tiddeċiedi dwar x’għandu jsir wara din id-detenzjoni, hija għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha permezz ta’ att bil-miktub motivat. Fil-fatt, f’tali każ, ir-reviżjoni tad-detenzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar x’għandu jsir wara din id-detenzjoni jseħħu matul l-istess fażi proċedurali. Konsegwentement, din id-deċiżjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115. Barra minn hekk, hija għandha, f’kull każ, tkun is-suġġett ta’ stħarriġ minn awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 15(3) tal-imsemmija direttiva.

    (ara l-punti 44, 47-49, 52, u d-dispożittiv 1)

  2.  Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tiggarantixxi l-osservanza tad-drittijiet fundamentali u l-effettività sħiħa tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, timponi fuq l-awtorità li f’intervalli raġonevoli tirrevedi d-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, l-obbligu li tadotta, wara kull reviżjoni, att espliċitu li jinkludi r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi li jiġġustifikawh. Tali obbligu jkun jirriżulta esklużivament mid-dritt nazzjonali.

    (ara l-punti 50, 51)

  3.  L-Artikolu 15(3) u (6) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istħarriġ li għandu jitwettaq mill-awtorità ġudizzjarja li quddiemha titressaq talba għall-estensjoni tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jippermetti lil din l-awtorità tiddeċiedi fil-mertu, każ b’każ, fuq l-estensjoni tad-detenzjoni taċ-ċittadin ikkonċernat, fuq il-possibbiltà li d-detenzjoni tiġi ssostitwita b’miżura inqas koersiva jew fuq ir-rilaxx ta’ dan iċ-ċittadin, u b’hekk l-imsemmija awtorità tkun kompetenti sabiex tibbaża ruħha fuq il-fatti u l-provi prodotti mill-awtorità amministrattiva li ressqet it-talba quddiemha u fuq il-fatti, il-provi u l-osservazzjonijiet eventwalment ippreżentati quddiemha matul dik il-proċedura.

    Fil-fatt, awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi fuq talba għall-estensjoni ta’ detenzjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi fuq kull punt ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti sabiex tiddetermina jekk estensjoni tad-detenzjoni hijiex iġġustifikata, fid-dawl tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, fatt li jeħtieġ eżami fil-fond tal-punti ta’ fatt speċifiċi għal kull każ inkwistjoni. Meta d-detenzjoni inizjalment ordnata ma tkunx iktar iġġustifikata fid-dawl ta’ dawn ir-rekwiżiti, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha tkun f’pożizzjoni li tissostitwixxi bid-deċiżjoni tagħha d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva jew, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja li ordnat id-detenzjoni inizjali, u li tiddeċiedi dwar il-possibbiltà li tordna miżura ta’ sostituzzjoni jew ir-rilaxx taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Għal dan il-għan, l-awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi dwar talba għall-estensjoni ta’ detenzjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni kemm il-punti ta’ fatt u l-provi invokati mill-awtorità amministrattiva li ordnat id-detenzjoni inizjali kif ukoll kull osservazzjoni eventwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Barra minn hekk, hija għandha tkun f’pożizzjoni li tfittex kull element ieħor rilevanti għad-deċiżjoni tagħha fil-każ li tqis li dan huwa neċessarju. Minn dan isegwi li s-setgħat li l-awtorità ġudizzjarja għandha fil-kuntest ta’ stħarriġ ma jistgħu, fl-ebda każ, ikunu limitati biss għall-elementi ppreżentati mill-awtorità amministrattiva kkonċernata.

    (ara l-punti 62, 64, u d-dispożittiv 2)

  4.  L-Artikolu 15(1) u (6) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li perijodu inizjali ta’ detenzjoni ta’ sitt xhur jista’ jiġi estiż biss għar-raġuni li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ma għandux dokumenti ta’ identità. Hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa każ b’każ iċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża inkwistjoni sabiex tiddetermina jekk, fil-konfront ta’ dan iċ-ċittadin, tistax tiġi applikata miżura inqas koersiva jew jekk jeżistix riskju li dan tal-aħħar jaħrab.

    (ara l-punt 74, u d-dispożittiv 3)

  5.  L-Artikolu 15(6)(a) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li ma kisibx dokument ta’ identità li seta’ jippermetti t-tneħħija tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat jista’ jinsab ħati ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk mill-eżami tal-imġiba tal-imsemmi ċittadin matul il-perijodu ta’ detenzjoni jirriżulta li dan tal-aħħar ma kkooperax għall-implementazzjoni tal-operazzjoni ta’ tneħħija u li huwa probabbli li din l-operazzjoni tieħu iktar fit-tul milli previst minħabba dan l-aġir.

    Barra minn dan, l-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2008/115 jeżiġi li, qabel ma jiġi evalwat jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat huwiex ħati ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, l-awtorità kkonċernata għandha tkun f’pożizzjoni li turi li l-operazzjoni ta’ tneħħija qed tieħu iktar żmien milli previst minkejja l-isforzi kollha raġonevoli, u dan jirrikjedi li l-Istat Membru inkwistjoni jwettaq attivament sforzi sabiex jikseb il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identità għal dan iċ-ċittadin.

    Għalhekk, sabiex jiġi kkonstatat li l-Istat Membru kkonċernat wettaq sforzi raġonevoli biex l-operazzjoni ta’ tneħħija sseħħ u li jeżisti nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, hemm bżonn li jsir eżami ddettaljat tal-punti ta’ fatt relatati mal-perijodu kollu ta’ detenzjoni inizjali. Tali eżami jikkostitwixxi kwistjoni ta’ fatt li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 267 TFUE u li taqa’ taħt il-kompetenza tal-qorti nazzjonali.

    (ara l-punti 83-85 u d-dispożittiv 4)

  6.  Id-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru ma jistax ikun obbligat li joħroġ permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li tagħti dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux dokumenti ta’ identità u li ma kisibx tali dokumenti mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, wara li qorti nazzjonali tkun irrilaxxat lil dan iċ-ċittadin minħabba li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija fis-sens tal-Artikolu 15(4) ta’ din id-direttiva. Madankollu, dan l-Istat Membru għandu, f’tali każ, joħroġ lill-imsemmi ċittadin konferma bil-miktub dwar is-sitwazzjoni tiegħu.

    (ara l-punt 89, d-dispożittiv 5)

Kawża C‑146/14 PPU

Bashir Mohamed Ali Mahdi

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad)

“Viżi, ażil, immigrazzjoni u politika oħra marbuta mal-moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment — Artikolu 15 — Detenzjoni — Estensjoni tad-detenzjoni — Obbligi tal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja — Stħarriġ ġudizzjarju — Assenza ta’ dokumenti ta’ identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz — Ostakoli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija — Rifjut tal-ambaxxata tal-pajjiż terz ikkonċernat li toħroġ dokument ta’ identità li jippermetti r-ritorn ta’ ċittadin ta’ dan il-pajjiż — Riskju ta’ ħarba — Prospett raġonevoli ta’ tneħħija — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Eventwali obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ dokument temporanju dwar l-istatus tal-persuna”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — –Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija — Eventwali estensjoni tad-detenzjoni — Deċiżjoni adottata wara l-perijodu massimu ta’ detenzjoni inizjali — Deċiżjoni li għandha tkun fil-forma ta’ att bil-miktub li jinkludi r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 6 u 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(2), (3), (5) u (6))

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija — Reviżjoni f’intervalli raġonevoli tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni — Modalitajiet proċedurali mhux previsti mid-dritt tal-Unjoni — Kompetenzi tal-Istati membri

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(3))

  3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija — Eventwali estensjoni tad-detenzjoni — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-awtorità ġudizzjarja li quddiemha titressaq talba għall-estensjoni tad-detenzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(3) u (6))

  4. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-estensjoni tad-detenzjoni biss minħabba assenza ta’ dokumenti ta’ identità — Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(1) u (6))

  5. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija — Eventwali estensjoni tad-detenzjoni — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Kunċett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15(6)(a))

  6. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija — Ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr dokumenti tal-identità u rrilaxxat mill-qorti nazzjonali minħabba li ma kienx jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija — Obbligu li jinħareġ permess ta’ residenza jew awtorizzazzjoni li tagħti dritt ta’ residenza — Assenza — Obbligu li tinħareġ konferma bil-miktub dwar is-sitwazzjoni tal-imsemmi ċittadin