Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta ’ Lulju 2015 –

Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija

(Kawża C‑145/14) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/31/KE — Artikolu 14 — Rimi ta’ skart f’landfill — Skart mhux perikoluż — Nuqqas ta’ konformità tal-landfills eżistenti”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni ta’ jekk huwiex opportun li wieħed jaġixxi — Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 24)

2. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punti 25-27)

3. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Rikors promotur — Espożizzjoni tal-ilmenti u l-motivi — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni koerenti u ddettaljata (Artikolu 258 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21,; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c); Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikoli 8 u 14(a) sa (c)) (ara l-punti 28-33)

4. 

Ambjent — Skart — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttiva 1999/31 — Miżura nazzjonali li tawtorizza l-operar ta’ landfill mingħajr pjan ta’ kundizzjonament approvat — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikolu 14(a) sa (c)) (ara l-punti 51, 52)

5. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 55)

6. 

Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 57)

7. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tad-direttivi — Obbligi tal-qrati nazzjonali (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 288, TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/31) (ara l-punt 58)

8. 

Ambjent — Skart — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttiva 1999/31 — Skart mhux perikoluż — Nuqqas ta’ konformità tal-landfills eżistenti — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikoli 1 u 14(a) sa (c)) (ara l-punt 63, dispożittiv 1)

Dispożittiv

1) 

Billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex, mis-16 ta’ Lulju 2009, il-landfills għal skart mhux perikoluż eżistenti fit-territorju tagħha jibqgħu jaħdmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(a) sa (ċ), ta’ din id-direttiva.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


( 1 ) ĠU C 159, 26.5.2014.