Kawża C‑104/14

Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali

vs

Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi

u

Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE — Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2000/35/KE — Artikoli 2, 3 u 6 — Direttiva 2011/7/UE — Artikoli 2, 7 u 12 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jippreċedi dawn id-direttivi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Direttiva 2000/35 – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva kuntratti konklużi qabel it-8 ta’ Awwissu 2002 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel l-imsemmija data – Modifika li saret matul il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/7 – Ammissibbiltà

(it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/35, Artikoli 3(3) u 6, u 2011/7, Artikoli 7 u 12)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 3(3) u 6 tad-Direttiva 2000/35, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, kif ukoll l-Artikoli 7 u 12 tad-Direttiva 2011/7, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru, li jkun uża l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 6(3)(b) tal-ewwel waħda minn dawn id-direttivi, milli jkun jista’, matul il-perijodu għat-traspożizzjoni tat-tieni waħda minn dawn id-direttivi, jadotta dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jistgħu jibdlu għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat l-interessi fuq kreditu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel it-8 ta’ Awwissu 2002.

(ara l-punt 35 u d-dispożittiv)

Kawża C‑104/14

Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali

vs

Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi

u

Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE — Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2000/35/KE — Artikoli 2, 3 u 6 — Direttiva 2011/7/UE — Artikoli 2, 7 u 12 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jippreċedi dawn id-direttivi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2000/35 — Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva kuntratti konklużi qabel it-8 ta’ Awwissu 2002 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel l-imsemmija data — Modifika li saret matul il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/7 — Ammissibbiltà