Kawża C‑78/14 P
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias
“Appell — Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) — Kuntratti relattivi għas-sostenn finanzjarju tal-Unjoni Ewropea mogħti għall-proġetti Perform u Oasis — Irregolaritajiet ikkonstatati fl-awditjar relattiv għal proġetti oħra — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi r-rimbors tal-ammonti mħallsa mill-benefiċjarju — Spejjeż eliġibbli — Żnaturament tal-provi tal-proċess”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015
Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-provi — Ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tal-fatti li ma jirriżultawx mid-dokumenti tal-proċess — Inammissibbiltà
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169(2))
Appell — Aggravji — Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni kuntrattwali li ma għandha l-ebda rabta ma’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Inammissibbiltà
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 21, 22, 54, 55)
L-eżami ta’ dispożizzjoni kuntrattwali mwettaq mill-Qorti Ġenerali ma jistax jitqies li huwa interpretazzjoni tal-liġi u b’hekk ma jistax jiġi vverifikat fil-kuntest ta’ appell mingħajr ma tkun mittiefsa l-kompetenza tal-Qorti Ġenerali li tistabbilixxi l-fatti. Min-naħa l-oħra, allegat ksur tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għal kuntratt huwa suġġett għal stħarriġ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bħal dak eżerċitat fil-kuntest ta’ appell.
(ara l-punt 23)