Kawża C‑76/14

Mihai Manea

vs

Instituția Prefectului județul Brașov – Serviciul Public Comunitar Regim de Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa miġbura mill-Istat Membru fuq il-karozzi mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom jew mal-ewwel trasferiment tad-dritt għall-proprjetà — Newtralità bejn il-karozzi użati li joriġinaw minn Stati Membri oħra u l-karozzi nazzjonali simili disponibbli fis-suq nazzjonali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ April 2015

  1. Dispożizzjonijiet fiskali – Taxxi interni – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bejn merkanzija importata u merkanzija nazzjonali simili – Merkanzija simili – Kunċett – Karozzi użati li jinsabu fis-suq ta’ Stat Membru u karozzi użati importati tal-istess tip, bl-istess karatteristiċi u bl-istess livell ta’ użu – Inklużjoni

    (Artikolu 110 TFUE)

  2. Dispożizzjonijiet fiskali – Taxxi interni – Taxxa fuq il-karozzi użati importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru kif ukoll fuq il-vetturi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment f’dan l-Istat tad-dritt għall-proprjetà fuq dawn tal-aħħar – Ammissibbiltà – Eżenzjoni tal-vetturi diġà rreġistrati li kienu suġġetti għal taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Inammissibbiltà

    (Artikolu 110 TFUE)

  3. Domandi preliminari – Interpretazzjoni – Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni – Effett retroattiv – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Kundizzjonijiet – Sinjifikat għall-Istat Membru kkonċernat tal-konsegwenzi finanzjarji tas-sentenza – Kriterju mhux deċiżiv

    (Artikolu 267 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 30, 31)

  2.  L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq il-karozzi imposta fuq il-vetturi użati li jiġu importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru u fuq il-vetturi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment f’dan l-istess Stat Membru tad-dritt għall-proprjetà fuq dawn tal-aħħar.

    Fil-fatt, skema ta’ taxxa bħal din, hija newtrali fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-karozzi użati li joriġinaw minn Stati Membri oħra u l-vetturi simili nazzjonali diġà rreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tkun tħallset taxxa f’dan ir-rigward.

    Madankollu, l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li dan l-Istat Membru jeżenta minn din it-taxxa l-vetturi diġà rreġistrati li fir-rigward tagħhom tħallset taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

    Fil-fatt, tali eżenzjoni ma tistax tissostitwixxi r-rimbors bl-interessi ta’ din it-taxxa.

    Barra minn hekk, l-effett ta’ din l-eżenzjoni huwa li l-ewwel trasferiment, tad-dritt għall-proprjetà fuq il-karozzi użati nazzjonali rreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tat-taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, ma jkunx suġġett għall-ħlas tat-taxxa inkwistjoni filwaqt li din it-taxxa tinġabar mingħajr eċċezzjoni mar-reġistrazzjoni f’dan l-Istat Membru ta’ vetturi simili li joriġinaw minn Stati Membri oħra. Għalhekk, l-imsemmija eżenzjoni tiffavorixxi l-bejgħ ta’ vetturi użati nazzjonali u tiskoraġġixxi l-importazzjoni ta’ vetturi simili.

    Barra minn hekk l-ammont tat-taxxa miġbura mar-reġistrazzjoni ta’ karozza jiġi inkorporat fil-valur ta’ din il-vettura. Meta vettura rreġistrata bi ħlas ta’ taxxa fi Stat Membru tinbiegħ, sussegwentement, bħala vettura użata f’dan l-Istat Membru, il-valur fis-suq tagħha jinkludi l-ammont residwali tat-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni. Jekk l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni impost fuq vettura użata importata tal-istess tip, bl-istess karatteristiċi u bl-istess livell ta’ użu jeċċedi l-imsemmi ammont residwali, ikun hemm ksur tal-Artikolu 110 TFUE. Fil-fatt, din id-differenza fl-oneru fiskali tirriskja li tiffavorixxi l-bejgħ ta’ vetturi użati nazzjonali u li għalhekk tiskoraġġixxi l-importazzjoni ta’ vetturi simili.

    Issa, peress li l-ammont tat-taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni miġbura mar-reġistrazzjoni tal-karozzi użati nazzjonali għandu jiġi rrimborsat bl-interessi, b’tali mod li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti qabel il-ġbir ta’ dan l-ammont, dan għandu jitqies li ma għadux inkorporat fil-valur fis-suq ta’ dawn il-vetturi. Konsegwentement, l-ammont residwali ta’ din it-taxxa, li jinsab fil-valur tal-vetturi użati nazzjonali rreġistrati bejn il-perijodu ċċitat iktar ’il fuq, huwa żero u għalhekk huwa neċessarjament inqas mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni imposta fuq vettura użata importata tal-istess tip, bl-istess karatteristiċi u bl-istess livell ta’ użu. Tali sitwazzjoni hija inkompatibbli mal-Artikolu 110 TFUE.

    (ara l-punti 43, 47-51 u d-dispożittiv)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 53-57)

Keywords
Summary

Keywords

1. Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bejn merkanzija importata u merkanzija nazzjonali simili — Merkanzija simili — Kunċett — Karozzi użati li jinsabu fis-suq ta’ Stat Membru u karozzi użati importati tal-istess tip, bl-istess karatteristiċi u bl-istess livell ta’ użu — Inklużjoni

(Artikolu 110 TFUE)

2. Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Taxxa fuq il-karozzi użati importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru kif ukoll fuq il-vetturi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment f’dan l-Istat tad-dritt għall-proprjetà fuq dawn tal-aħħar — Ammissibbiltà — Eżenzjoni tal-vetturi diġà rreġistrati li kienu suġġetti għal taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Inammissibbiltà

(Artikolu 110 TFUE)

3. Domandi preliminari — Interpretazzjoni — Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni — Effett retroattiv — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Kundizzjonijiet — Sinjifikat għall-Istat Membru kkonċernat tal-konsegwenzi finanzjarji tas-sentenza — Kriterju mhux deċiżiv