Kawża C‑47/14

Holterman Ferho Exploitatie BV et

vs

Friedrich Leopold Freiherr Spies von Büllesheim

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(1) — Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali — Artikolu 5(3) — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt — Artikoli 18 sa 21 — Kuntratti individwali ta’ impjieg — Kuntratt ta’ direttur ta’ kumpannija — Tmiem tal-kuntratt — Motivi — Eżekuzzjoni ħażina tal-mandat u aġir illegali — Azzjoni dikjaratorja u azzjoni għad-danni — Kunċett ta’ ‘kuntratt individwali ta’ impjieg’”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Azzjoni għal responsabbiltà bbażata fuq diversi titoli li jistgħu jaqgħu taħt diversi regoli ta’ ġurisdizzjoni – Ġurisdizzjoni kompetenti abbażi tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet invokati

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 5(1) u (3) u 18 sa 21)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol – Azzjoni għal responsabbiltà ta’ kumpannija kontra persuna li għandha l-kwalità doppja ta’ ħaddiem u ta’ amministratur tal-imsemmija kumpannija – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kunċetti ġuridiċi – Interpretazzjoni awtonoma

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ikkwalifikati bħala ekwivalenti għal dawk tal-Konvenzjoni ta’ Brussell – Interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-konvenzjoni

    (Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001)

  5. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Kompetenzi f’materji kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) – Provvista ta’ servizzi – Kunċett – Determinazzjoni tal-obbligu karatteristiku – Relazzjoni ġuridika bejn amministratur ta’ kumpannija u din tal-aħħar – Inklużjoni – Kundizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(1)(b))

  6. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kunċett ta’ materji kuntrattwali – Azzjoni għar-responsabbiltà ta’ amministratur għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi taħt id-dritt tal-kumpanniji – Inklużjoni – Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali – Post tal-eżerċizzju effettiv tal-attivitajiet tiegħu u tal-provvista prinċipali tas-servizzi tiegħu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b))

  7. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Kunċett – Azzjoni għad-danni li ma taqax taħt il-qasam kuntrattwali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(1)(a) u (3))

  8. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Kunċett – Determinazzjoni tal-post tal-fatt dannuż – Post fejn iseħħ il-fatt dannuż u post tal-avveniment kawżali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))

  1.  Meta qorti nazzjonali, adita b’rikors intiż sabiex jistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ persuna kemm fil-kwalità tagħha ta’ direttur kif ukoll fil-kwalità tagħha ta’ amministratur ta’ kumpannija kif ukoll abbażi ta’ delitt, tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, dwar il-ġurisdizzjoni, rispettivament, f’materji ta’ kuntratti individwali ta’ impjieg, fis-sens tas-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II, Artikoli 18 sa 21 tar-Regolament Nru 44/2001, f’materji kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, u f’materji ta’ delitt jew ta’ kwżi-delitt, fis-sens tal-Artikolu 5(3) tal-imsemmi regolament, is-sempliċi fatt li rikorrent jindika fir-rikors tiegħu diversi titoli ta’ responsabbiltà ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi kkunsidrat li tali azzjoni tista’ taqa’ taħt kull waħda mid-dispożizzjonijiet invokati. Fil-fatt, l-istess japplika jekk l-aġir ikkritikat ikun jista’ jitqies li jikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.

    (ara l-punti 31, 32)

  2.  F’sitwazzjoni fejn kumpannija tħarrek persuna li wettqet funzjonijiet ta’ direttur u ta’ amministratur ta’ din il-kumpannija sabiex jiġi kkonstatat li twettqu żbalji minn din il-persuna fit-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet u sabiex tikseb kumpens għad-danni, id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II, Artikoli 18 sa 21 tar-Regolament Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, jostakolawx l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (3) ta’ dan ir-regolament, sakemm il-persuna tkun, fil-kwalità tagħha ta’ direttur u ta’ amministratur, wettqet għal ċertu żmien favur din il-kumpannija u taħt id-direzzjoni tagħha prestazzjonijiet li bħala korrispettiv għalihom kienet tirċievi remunerazzjoni, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika. Fil-fatt, il-kwistjoni tal-applikazzjoni tar-regoli speċjali ta’ attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni previsti mill-imsemmija sezzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 tqum biss jekk l-imsemmija persuna tista’ tiġi kkunsidrata li kienet marbuta b’kuntratt individwali ta’ impjieg, fis-sens tal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament, mal-kumpannija li kienet direttur u amministratur tagħha, fejn għalhekk hija tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala “impjegat” fis-sens tal-paragrafu 2 tal-istess artikolu.

    Fir-rigward b’mod iktar preċiż tar-rabta ta’ subordinazzjoni, l-eżistenza ta’ tali rabta għandha tiġi evalwata f’kull każ partikolari skont l-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw ir-relazzjonijiet eżistenti bejn il-partijiet.

    Jidher, min-naħa l-oħra, li hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina sa fejn il-konvenut seta’ jinfluwenza l-volontà tal-laqgħa ġenerali ta’ din il-kumpannija li huwa kien jamministra. F’din l-ipoteżi, għandu jiġi stabbilit min kien kompetenti biex jagħtih istruzzjonijiet u sabiex jistħarreġ l-implementazzjoni ta’ dawn l-istruzzjonijiet. Jekk jirriżulta li din il-kapaċità ta’ influwenza tal-konvenut fuq l-imsemmi organu ma kinitx negliġibbli, għandu jiġi konkluż li ma hemmx rabta ta’ subordinazzjoni fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ impjegat.

    (ara l-punti 34, 46-49 u d-dispożittiv 1)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 37)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 38)

  5.  Kuntratt li l-obbligu karatteristiku tiegħu huwa provvista ta’ servizz huwa kkwalifikat bħala provvista ta’ servizzi fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/201, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali. Minn dan isegwi li, fil-kuntest tad-dritt tal-kumpanniji, sa fejn l-obbligu karatteristiku tar-relazzjoni legali li teżisti bejn l-amministratur u l-kumpannija amministrata jimplika attività partikolari b’remunerazzjoni bħala korrispettiv, din l-attività għandha tiġi kkwalifikata bħala “provista ta’ servizzi” fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001.

    (ara l-punti 57, 58)

  6.  L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni ta’ kumpannija kontra l-ex amministratur tagħha minħabba allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu abbażi tad-dritt tal-kumpanniji taqa’ taħt il-kunċett ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt. Fl-assenza ta’ kwalunkwe preċiżazzjoni ta’ deroga fil-memorandum tal-kumpannija jew f’dokument ieħor, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina l-post fejn l-amministratur effettivament wettaq, b’mod preponderanti, l-attivitajiet tiegħu b’eżekuzzjoni tal-kunratt, bil-kundizzjoni li l-provvista tas-servizzi fil-post ikkunsidrat ma tkunx kuntrarja għall-volontà tal-partijiet kif tirriżulta minn dak li kienu qablu bejniethom. Għal dan il-għan, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod partikolari ż-żmien li għadda f’dan il-post u l-importanza tal-attività eżerċita hemmhekk.

    (ara l-punti 63-65 u d-dispożittiv 2)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 68, 70)

  8.  Meta kumpannija tħarrek l-ex amministratur tagħha minħabba allegat aġir illegali, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-azzjoni taqa’ taħt materji ta’ delitt peress li l-aġir ikkritikat ma jistax jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li għandu amministratur skont id-dritt tal-kumpanniji, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Din għandha tidentifika, abbażi taċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża, il-punt ta’ rabta l-iktar stretta mal-post tal-fatt każwali li wassal għad-dannu u mar-rabta tal-materjalizzazzjoni ta’ dan.

    Fil-fatt, f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, il-qorti tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż jew fejn jista’ jseħħ hija normalment fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ viċinanza tat-tilwima u ta’ faċilità ta’ amministrazzjoni tal-provi.

    Fir-rigward tal-post tal-avveniment kawżali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li dan il-post jista’ jkun il-post fejn kien jeżerċita d-doveri tiegħu. Fir-rigward tal-post fejn seħħ id-dannu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan il-post huwa dak fejn id-dannu allegat mill-kumpannija jimmanifesta ruħu konkretament.

    (ara l-punti 73, 74, 76, 77, 79 u d-dispożittiv 3)